IL-MINISTRU TA' L-EDUKAZZJONI JITKELLEM DWAR IL-PJAN GHAT-TWETTIQ TAL-KURRIKULU NAZZJONALI.
Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea illum tkellem mal-membri tal-iSteering Committee dwar l-Implementazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali. Dan il-Kumitat kien gie imqabbad mill-Ministru f'Jannar ta' l-2000 biex ifassal abbozz ta' pjan strategiku ghat-twettiq tal-Kurrikulu Nazzjonali. Matul xoghlhom fis-sena 2000, wara xi 26 laqgha bejniethom, seminars, u Konferenza Nazzjonali, il-membri hargu abbozz ta' Pjan Strategiku ghat-Twettiq tal-Kurrikulu Nazzjonali. Il-Pjan juri certi attivitajiet bazici li l-iskejjel u d-Dipartimenti kollha ghandhom jaghmlu biex iwettqu l-Kurrikulu Nazzjonali. Waqt li l-Kurrikulu sar ligi f'Settembru 2000 permezz ta' Avviz Legali 132 ta' l-2000, huwa mistenni, li issa li l-Pjan tat-Twettiqgie addottat mill-Gvern, dan il-Pjan ikun meqjus bhala direzzjoni ufficjali tal-Kurrikulu, kif kien mahsub fl-istess Avviz Legali.
L-iSteering Committee kien immexxi mill-Professur Kenneth Wain, dekan tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni. Il-Membri kienu: Dr. Carmel Borg, mill-Fakulta' tal-Edukazzjoni fl-Universita'; is-Sur Frans Borg, President ta' l-Assocjazzjoni Kunsilli Skolastici; is-Sur John Bencini, President tal-MUT; Dr. Christopher Bezzina, mill-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni fl-Universita'; Ms Carmelina Debono, li kienet Direttur (Operations) fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni; is-Sur Evan Debrincat, Kap ta' l-Iskola ta' San Andrea fl-Imselliet; Bro. Saviour Gatt, Segretarjat ghall-Edukazzjoni Kattolika tal-Kurja Arciveskovili; Dr. Tony Macelli, rapprezentant tal-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Segretarju Ezekuttiv tal-Kumitat; is-Sur Charles Mizzi, Direttur Generali ta' l-Edukazzjoni; Dr. Ronald Sultana, mill-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni fl-Universita'; u Ms Mary Vella, Direttur tal-Kurrikulu fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni.
Dan il-Kumitat kien holoq 18-il sottokumitat specjalizzat, kull wiehed dwar suggett partikolari li hareg mill-Kurrikulu. Kull wiehed minn dawn is-sottokumitati, li kien maghmul minn esperti u prattikanti fil-qasam moghti lilu, fassal pjan ta' azzjoni f'dak il-qasam. Dawn it-18-il pjangew ippublikati bl-Ingliz f'ktieb, "Proceedings" tal-Konferenza Nazzjonali li l-Kumitat organizza f'Gunju 2000, u fih ukoll kopja tal-Kurrikulu nnifsu. Il-Kumitat ghamel uzu shih minn dawn it-18-il pjan, kif ukoll mill-kontribut ta' esperti ohra, biex johloq il-Pjan Strategiku globali. Il-ktieb se jkun prezentat f'okkazjoni ohra.
Il-Ministru rringrazzja minn qalbu lill-membri ta' dan il-kumitat nazzjonali u qalilhom li kien sodisfatt hafna bil-hidma siewja u professjonali li wettqu biex iqajjmu kuxjenza dwar il-Kurrikulu, u bil-Pjan tat-Twettiq li hargu bih. F'dan il-Pjan apprezza specjalment l-istrategiji, it-targets, u l-pjan specjali dwar it-tahrig. Fahhar il-mod partecipattiv li bih dan il-kumitat wettaq dmiru waqt li kiseb il-kontributi ta' mijiet ta' nies u gharraf eluf ohra. L-Onor. Galea qal li huwa segwa l-consensus li bih il-Kumitat wasal ghat-tfassil tad-dokument. Qal li dan kollu kien tassew rizultat pozittiv kemm ghall-edukazzjoni f'Malta u kemm ukoll ghad-demokrazija f'pajjizna.
Ir-rapport tal-Kumitat ippropona t-twaqqif ta' Kunsill Nazzjonali ghal Kurrikulu biex jiggwida, jghin, jaghmel monitoring u jevalwa l-progress ta' l-iskejjel kollha skond il-Plan tat-Twettiq tal-Kurrikulu. Jidher li dan il-Kunsill ikollu kapacitajiet teknici, ikollu access ghal esperti fil-qasam, ikun jista' jahdem b'certu awtorita' u jkun jista' janticipa l-problemi u jahdem b'mod pro-attiv. Il-Pjan jipproponi wkoll it-twaqqif ta' gruppi ta' esperti li jkunu disponibbli ghall-iskejjel meta dawn ikollhom bzonn ghajnuna dwar suggetti partikolari tal-Kurrikulu.
Il-Pjan juri wkoll diversi strategiji u ghanijiet wiesghin, u 140 target li jridu jintlahqu minn skejjel u entijiet edukattivi ohrajn qabel Gunju 2005. Dawn il-miri huma migburin fi tlett fazjijiet, wahda wara l-ohra, izda kull skola tkun tista' timxi bil-pass taghha skond il-bzonnijiet u l-emfasi partikolari taghha. L-ghalliema huma mistennija li flimkien jaghmlu xoghol ta' ippjanar, ta' zvilupp tal-kurrikulu, u ta' direzzjonijietgodda fit-taghlim. Minhabba in-natura ta' dan ix-xoghol iridu jinqalghu ghal xi hinijiet mill-klassi, u ghalhekk il-Ministeru behsiebu jintroduci numru ta' impiegigodda ta' ghalliema sabiex il-bilanc bejn in-numru ta' ghalliema fil-klassi u n-numru ta' studenti jigi rispettat. Ghal dawn ir-ragunijiet se jinholqu karigigodda ta' Activity Teachers u Kordinaturi Kurrikulari.
Fil-Pjan hemm ukoll diversi decizjonijiet li ghandhom jittiehdu fil-kamp ta' l-edukazzjoni biex l-edukazzjoni obbligatorja f'Malta tkun tista' timxi b'pass konsistenti 'l quddiem kif juri li hemm bzonn il-Kurrikulu Nazzjonali. Il-Ministru qabel mal-Kumitat li l-Pjan huwa ghodda li turi t-triq u mhux biex jidhol fid-dettalji kollha. Ghalhekk hafna krejattivita', inizjattivi u hsieb gdid issa huma mehtiega li johorgu mill-iskejjel ta' l-iStat, tal-Knisja, u dawk indipendenti - kreattivita' li l-Kurrikulu jishaq bi shih fuq il-bzonn taghha.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN