Left arrow Mur Lura

IS-SINDKU TA' BORMLA KISER LIGIJIET U REGOLAMENTI FINANZJARJI

pr0262
Date Icon 26/02/2001

Il-Ministeru għall-Ġustizzja u Gvern Lokali qiegħed jippubblika d-dokumenti kollha dwar il-ksur ta' li'ijiet u regolamenti li wettaq is-Sur Pawlu Muscat, Sindku tal-Kunsill Lokali ta' Bormla.

Qabel xejn, hu importanti ħafna li jkun innotat li dan il-każ inħare' fil-gazzetti tal-bieraħ, il-'?add 26 ta' Frar 2001, mis-Sur Muscat stess. Hu s-Sur Muscat li deherlu li jrid jagħmel dibattitu pubbliku dwar din il-materja, u hu għalhekk li l-Ministeru qiegħed jippubblika d-dokumenti kollha relattivi.

Il-każ beda meta d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali rċieva rapport li s-Sindku ta' Bormla kien bidel il-bankini tad-daħla tat-Tlett Ibliet mingħajr l-approvazjoni tal-Kunsill tiegħu stess u mingħajr ma nħar'et sejħa għal tenders. Irid ji'i ippreċiżat – u dan hu importanti – li l-lampi u s-si'ar li saru kontemporanjament irriżulta li kienu mixtrija regolarment. Jirriżulta wkoll li għalkemm ma kienx hemm mozzjoni formali fil-Kunsill dwar il-bankini, seta' kien hemm żball 'enwin peress illi f'Minuti sussegwenti l-Kunsilliera kollha kkonferma fil-fatt li l-pro'ett kien issemma.

'?alhekk l-investigazzjoni tad-Dipartiment kienet ristretta għat-tender tal-bankini biss liema xogħol sewa Lm 13,196. Minħabba d-daqs ta' din l-ispiża kienet meħtie'a sejħa għal tenders skond il-li'i tal-Kunsilli Lokali u r-regolamenti finanzjarji relattivi.

Fil-korrispondenza li għaddiet bejn id-Dipartiment u s-Sindku ta' Bormla u s-Segretarju Eżekuttiv ta' l-istess Kunsill, is-Sur Muscat isostni li dan ma kienx pro'ett tal-Kunsill, iżda tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera (KRK). Konsegwentement, jgħid is-Sur Muscat, ma kellux għalfejn joħro' tender.

Fil-korrispondenza li qed ti'i ppubblikata dan hu miċħud mill-Ko-ordinatur Eżekuttiv ta' l-istess Kumitat. Fl-ittra tiegħu tal-25 ta' Jannar, is-Sur Ray Bondin jgħid li kien biss fl-1998 li l-KRK ħare' tender għall-bankini u illi:

f'Settembru 2000, is-Sur Muscat talab għajnuna biex hu jagħmel l-bankini;

L-KRK infurmah illi f'każ li l-pro'ett isir kellu bil-fors jinħare' tender;

il-KRK iddeċieda li minflok jagħmel il-pro'ett hu, jagħti sussidju ta' Lm 2,500 lill-Kunsill Lokali ta' Bormla u jħalasslu Lm1,400 mill-ispejjeż tal-Concrete.

Hu ċar li m'hux biss is-Sur Muscat kien jaf li l-KRK ma kienx ser jidħol għall-pro'ett, talli fil-fatt il-KRK tat sussidju ta' Lm2,500 għax-xogħol li kellu jagħmel hu.

Ma hemm ebda dubju li x-xogħol sar mis-Sur Muscat u m'hux mill-KRK anki għaliex:

il-kwotazzjoni għax-xogħol tal-bankini ta' Lm13,196 hi indirizzata lis-Sur Muscat u m'hux lill-KRK;

ix-xogħol 'ie effettivament ordnat mis-Sur Muscat u l-kontroll fuq il-kuntrattur u l-kwalit'? tax-xogħol sar ukoll mis-Sur Muscat u m'hux mill-KRK;

it-tabella li twaħħlet waqt li kien qed isir ix-xogħol kienet tgħid li dan kien pro'ett tal-Kunsill Lokali u m'hux tal-KRK.

Tant il-KRK ma kellux x'jaqsma mal-pro'ett li meta ssemma fit-tabella fuq imsemmijja, il-Ko-ordinatur Eżekuttiv insista li titneħħa kull riferenza għall-KRK immedjatament.

Mill-investigazzjonijiet tad-Dipartiment jirriżulta ċar li l-KRK m'għamlet l-anqas l-iċken pass in konnessjoni mal-bankini: la kellmet kuntratturi, la talbet kwotazzjonijiet, la ordnat xogħol u l-anqas issorveljat xogħol. Dan sar biss u unikament mis-Sur Pawlu Muscat.

Is-Sur Muscat ma jirrapreżentax lill-KRK u m'għandu ebda poter jorbot lill-KRK. Li kien pro'ett tal-KRK dan ix-xogħol kollu kien isir mill-Ko-ordinatur Eżekuttiv tal-KRK u m'hux mis-Sur Muscat.

Mill-fatti kollha li n'abru mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, tlett fatti huma konstatati:

ix-xogħol fuq il-bankini kien ordnat direttament u unikament mis-Sur Pawlu Muscat;

ix-xogħol, li sewa Lm13,196, ma kienx kopert b'sejħa għal tenders;

is-Sur Pawlu Muscat qatt ma seta' ja'ixxi f'isem il-KRK u fi kwalunkwe każ il-KRK qatt m'approva l-pro'ett.

'?alhekk m'hemm ebda dubju fattwali li s-Sur Muscat kiser kemm il-li'i, kif ukoll ir-regolamenti finanzjarji.

Dan seta' sar mingħajr ma' l-Kunsilliera kienu jafu li qed ji'ri peress li setgħu ħadu l-impressjoni mis-Sindku li l-pro'ett kien tal-KRK. Jekk dan hu minnu hi r-responsabbilt'? ta' min għandu l-ma''oranza fil-Kunsill Lokali ta' Bormla li jiċċensuraw l-a'ir illegali tas-Sindku u jiżguraw li ma jsirux pagamenti li huma kontra l-li'i.

Is-Sur Muscat 'ie rappurtat li qal li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali qabad miegħu biex jinvestigah fuq xi ħa'a hekk żgħira.

Tajjeb li s-Sur Muscat ikun jaf li d-Dipartiment jinvestiga kull rapport li jirċievi – żgħir jew kbir – u li dan il-każ hu wieħed serju ħafna. Barra minn hekk is-Sur Muscat fi żmien qasir ta' sena, sfortunatament, di''? kellu ji'i mċanfar darbtejn għal ksur tal-li'i u regolamenti.

Nhar it-13 ta' Novembru 2000, Paul Muscat ingħata avviż formali skond il-li'i wara li impjega skrivan full-time mingħajr il-kwalifiki għal din il-pożizzjoni li titlob il-li'i. Din il-persuna tqabbdet taħdem mal-Kunsill Lokali Bormla minkejja li kien hemm ħafna li applikaw għal din il-pożizzjoni bi kwalifiki ogħla minn tagħha, u li kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-li'i.

Paul Muscat iddeċieda li jkeċċi lil din l-iskrivana meta l-Ministeru informah li kien ser inaqqaslu l-paga tagħha mill-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsill.

Aktar riċentement Paul Muscat instab li kiser l-Ordnijiet Permanenti li jirregolaw il-laqgħat tal-Kunsilli Lokali wara ilment li għamel lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, il-Kunsillier ta' Bormla James Cauchi. F'laqgħa tal-Kunsill tas-17 ta' Jannar 2001, Paul Muscat kiser l-Ordnijiet Permanenti u m'aċċettax li tkun innutata fil-Minuti mozzjoni li ressaq James Cauchi għax dan ma kellux min jissekondha. Paul Muscat ukoll irrifjuta li l-vot ikun re'istrat minkejja li hekk obbligat jagħmel bl-Ordnijiet Permanenti meta jintalab jagħmel hekk minn xi wieħed mill-Kunsilliera. Hawn ukoll Paul Muscat kien qed jinjora talba f'dan is-sens tal-Kunsillier James Cauchi.

Minkejja dan kollu propju nhar il-'?amis, 1 ta' Frar 2001, il-ma''oranza Laburista fil-Kunsill għaddiet vot ta' fiduċja fis-Sindku.

Il-Gvern ser jagħti lill-Kunsilliera ta' Bormla l-opportunit'? li jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom u jiżguraw li ma jsirx aktar ksur tal-li'i. 


Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow