Left arrow Mur Lura

L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GHALL-AMBJENT, JINAWGURA L-KLABB TAS-SAJJIEDA DILETTANTI F'BIRZEBBUGIA

pr0256
Date Icon 24/02/2001

Lm750,000 għat-tisbiħ ta' Birżebbu'a

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li kien ta' pjaċir għalih li qed jinawgura l-Klabb tas-Sajjieda Dilettanti. Hu qal li l-post fejn illum qed ikun inawgurat dan il-klabb sa ftit tax-xhur ilu kien Public Convenience li tneħħiet minn dan il-lokal biex inbniet ftit 'il bogħod f'wieħed miż-żew' carparks li dan il-Gvern bena f'Birżebbuga bħala parti mill-pro'ett għat-tisbiħ ta' dan il-lokal.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li ori'inarjament dan il-post kien se jitwaqqa' iżda meta l-Ministeru għall-Ambjent saritlu talba mill-'?aqda tas-Sajjieda Dilettanti ttieħdet id-deċiżjoni li dan il-bini ma jitwaqqax u li jgħaddi f'idejn l-'?aqda. F'din it-talba kien hemm l-appo'' sħiħ tal-Kunsill Lokali ta' Birżebbu'a.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li f'dawn l-aħħar tliet snin, tul il-ħajja ta' dan il-Kunsill, il-Ministeru għall-Ambjent kien wettaq pro'ett għat-tisbiħ ta' Birżebbu'a li sewa Lm750,000. Dan il-pro'ett jinkludi t-tisbiħ tal-bajja li di'a` hi magħrufa bħala l-Bajja s-Sabiħa, it-tisbiħ tal-promenade kollu minn Wied il-Buni sal-Bajja ta' San Gor' fejn mhux biss inbnew bankini, iżda sar paviment u dwal ornamentali. Jinkludi l-pedestrianisation ta' parti mill-Bajja ta' San Ġor', faċċata ta' fejn hu l-Klabb tal-'?aqda tas-Sajjieda Dilettanti, il-bini ta' Public Convenience 'dida u moderna, il-bini ta' żew' carparks, wieħed fil-Bajja ta' San Ġor' u ieħor ħdejn '?ar Dalam, u l-bini ta' bypass faċċata ta' '?ar Dalam.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li f'Birżebbu'a l-Ministeru tiegħu kien għamel diversi xogħolijiet oħra fosthom xogħol ta' immodernizzar tal-Pumping Station tad-drena'' u estensjoni tas-sistema tad-drena''.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li wara li xi xhur ilu kien għamel żjara f'Birżebbu'a, fejn kien infurmat li kien hemm kwantitajiet kbar ta' skart qrib '?ar '?asan u fit-triq li tagħti għall-Fortizza ta' Bengħajsa, mar personalment jara ż-żew' postijiet u ta ordni biex jitnaddfu immedjatament. Qal li minn dawn iż-żew' lokalitajiet tneħħew aktar minn 150 trakk ta' skart b'nefqa ta' aktar minn Lm8,000.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li minbarra l-flus li kienu vvutati għall-Kunsilli Lokali fis-sena 2000 il-Ministeru għall-Ambjent nefaq Lm2.2 miljun f'xogħlijiet għal-lokalitajiet. Qal li minn dan l-ammont il-lokalita' ta' Birżebbu'a ħadet parti sostanzjali. Hu qal li l-Ministeru għall-Ambjent kien qed iwettaq pro'etti żgħar u kbar mal-lokalitajiet kollha fil-pajjiż. Qal li dan l-aħħar il-Ministeru beda jwettaq anke pro'etti bi sħab mal-Kunsilli Lokali, inklużi pro'etti ta' tindif.

Il-Ministru għall-Ambjent awgura lill-'?aqda Sajjieda Dilettanti użu tajjeb minn dan il-lokal biex mhux biss iservihom biex imexxu 'l quddiem id-delizzju tagħhom iżda anke biex, fi spirtu ċiviku, jagħtu sehemhom biex il-mollijiet u l-inħawi ta' madwarhom jinżammu fi stat tajjeb u ndaf.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow