L-ONOR. JOSEF BONNICI, MINISTRU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI, ZAR IX-XOGHOL FUQ IT-TANKER NORTHIA
Sodisfatti bil-progress fix-xoghol fuq in-Northia
Rapprezentanti tal-kumpannija Brovig RDS ta' Aberdeen esprimew is-sodisfazzjon taghhom ghall-mod kif miexi x-xoghol fuq it-tanker Northia li qed jinbidel mit-Tarzna ta' Malta fi floating production storage and off-loading unit (FPSO), halli jibda jintuza b'konnessjoni mat-tfittix ghaz-zejt fit-Tunezija. Dan is-sodisfazzjon esprimewh ukoll fil-fatt li xoghol addizzjonali li jridu jaghmlu fuq il-vapur tawh ukoll lit-Tarzna ta' Malta.
Dan sar maghruf waqt zjara li ghamel fuq dan il-vapur il-lum il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici, fejn inghata taghrif dwar il-progress li sar s'issa fix-xoghol fuq il-vapur, li dahal fil-Bacir Nru 6 fil-bidu ta' dan ix-xahar.
Il-Ministru Bonnici fakkar fil-kompetizzjoni kbira li kellha t-Tarzna ta' Malta minn 32 tarznari ohra fir-rebh ta' dan il-kuntratt u qal li ghal darb'ohra t-tarzna qed taghti prova li kapaci twettaq dak li tidhol ghalih bi professjonalit'?, ordni u dixxiplina. Hu qal li m'ghandux dubju li dan il-kuntratt se jservi ta' certifikat iehor tajjeb ghat-tarzna.
Fil-fatt, kompla l-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici, is-success li qed jidher fl-implimentazzjoni ta' dan il-progett dig'? qed iwassal biex jintwera interess pozittiv minghand kumpanniji taz-zejt li huma interessati juzaw is-servizzi tat-tarzna ta' Malta. Min-naha taghha, it-tarzna qed tuza din l-opportunit'? biex tirbah ordnijiet godda mis-settur taz-zejt u l-gass. Barra minhekk, it-tarzna qed ikollha wkoll talbiet serji mill-qasam tradizzjonali tal-vapuri.
Il-Ministru Bonnici qal li kulhadd ghandu jirrikonoxxi l-hidma li qeghda ssir minn kull min hu koncernat biex tibda titjieb is-sitwazzjoni finanzjarja tat-Tarzna. Hu qal li dan jista' jsir biss billi mhux biss tizdied il-produttivit'?, izda aktar importanti minn hekk billi jingieb ix-xoghol. Hu sahaq li hu biss b'hekk li l-ghajxien tal-haddiema fit-tarzna jista' jkun salvagwardjat.
Il-Ministru Bonnici stqarr li dan kollu juri kemm hu importanti li kulhadd jirrikonoxxi l-htiega ta' kooperazzjoni fl-isforzi li qed isiru biex it-tarzna tinghata image gdida halli tkompli tikseb il-frott mixtieq permezz ta' l-istrategija gdida li bdiet taddotta. Hu qal li z-zewg kuntratti kbar li t-tarzna rnexxielha tirbah f'dawn l-ahhar ftit xhur se jfissru dhul ta' aktar minn Lm6 miljun ghat-tarzna. Dan hu zvilupp tajjeb meta wiehed iqis li s-sena l-ohra fit-tarzna issewwew 132 vapur ghall-valur totali ta' madwar Lm10 miljun.
Hu rrifera wkoll ghall-attenzjoni kbira li qed tinghata lis-sahha u s-sigurt'? tal-haddiema f'dawn il-kuntratti kbar, u semma li fir-rigward tax-xoghol li qed isir fuq in-Northia ma kien hemm l-ebda telf ta' hin li rrizulta minn accidenti.
Il-Ministru Bonnici semma wkoll l-esperjenza kbira li qed jiksbu l-haddiema tat-tarzna minn dan il-progett, anki bl-ghajnuna tal-konsulenti barranin, u qal li din l-esperjenza se sservi ta' gid meta t-tarzna tigi biex twettaq progetti ohra ta' dan il-kobor.
Hu qal li m'ghandu l-ebda dubju li s-success ta' dan il-progett se jwassal biex isem it-tarzna ta' Malta jinghata spinta kbira fil-qasam internazzjonali tal-vapuri, u b'mod partikolari fis-settur taz-zejt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN