STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA
Id-Divizjoni tas-Sahha taghmel referenza ghall-istqarrija mahruga mill-Kamra tal-Ispizjara, illum, 23 ta' Frar 2001 .
Id-Divizjoni tas-Sahha tinsab sodisfatta li permezz ta' din l-istqarrija il-pubbliku issa jista' jaghraf kif l-istess Kamra tghawweg il-fatti u ccaqlaq il-parametri skond kif jaqbel lilha. Ghalkemm il-Kamra ta' l-Ispizjara tiddikjara li l-uniku skop ghaliha huwa l-gid tal-pazjent u tal-professjoni, dan ma hux manifest fl-agir taghha u tal-membri taghha, ghax id-direttivi li tat qed iwasslu ghal nuqqas ta' medicini lill-pazjenti. Biex il-pubbliku jkun jista' jiggudika ahjar, kien ikun aktar ghaqli li kieku l-Kamra ppublikat l-ittra datata 13 ta' Frar li l-Kamra baghtet lill-Ministru tas-Sahha.
Id-Divizjoni tas-Sahha tichad li qatt uriet arroganza u tkaxkir tas-saqajn f' dak li ghandu x'jaqsam mas-Servizzi Farmacewtici tal-Gvern. Wiehed irid ifakkar li l-oggezzjoni principali tal-Kamra ta' l-Ispizjara ma hix it-tmexxija tas-Servizzi Farmacewtici, izda hija l-proposti ghal ristrutturazzjoni ta' l-istess dipartiment. Dawn il-proposti kienu tressqu verbalment mid-Direttur Generali tas-Sahha f'laqgha li saret fis-26 ta' Settembru fil-prezenza ta' membri tal-istess Kamra, is-Segretarju Permanenti, u d-Direttur ghas-Servizzi Farmacewtici. Dak inhar id-Direttur Generali stieden lill-Kamra biex taghti l-proposti taghha, kif ukoll ir-reazzjonijiet taghha ghall-proposti tad-Divizjoni. Minn dakinhar ma kien hemm l-ebda risposta, la verbali u lanqas bil-miktub.
Tajjeb li l-pubbliku jkun jaf li meta sena u nofs ilu id-Divizjoni tas-Sahha bdiet tintroduci sistemi biex tizgura l-kwalit'? tajba ta' Medicini li jigu impurtati f'Malta, il-Kamra ta' l-Ispizjara kienet involuta fid-diskussjonijiet kollha li saru. Tajjeb li l-pubbliku jkun jaf ukoll li l-Kamra ta' l-Ispizjara ma sabet l-ebda oggezzjoni li jigu ngaggati tlett Principal Pharmacists godda sabiex dan ix-xoghol jkun jista jsir. Kien biss issa li saru tibdiliet tal-mod kif id-diversi spizjara jirraportaw 'il fuq fil-qadi ta' dmirijiethom, li l-Kamra bdiet tohrog l-oggezzjonijiet . Kienet id-Divizjoni tas-Sahha li uriet il-prudenza meta waqfet l-process tar-ristrutturazzjoni u zammet biss it-tibdil operattiv fi hdan id-Dipartiment. Zgur li l-mod kif jsiru l-affarijiet f'dipartiment, dament li ma jgieghlux spizjara jaghmlu xoghol li mhux fil-kompetenza taghhom li jaghmlu, ma ghandha tidhol l-ebda Union.
Il-mod li bih tghawweg il-fatti il-Kamra ta' l-Ispizjara huwa manifest b'aktar mod qawwi fir-referenza taghha ghal-laqgha li giet mitluba mal-Ministru tas-Sahha. Il-fatti veri huma nhar 13 ta' Frar, il-President tal-Kamra tal-Ispizjara, fuq talba tal-Ministru stess, kellha laqgha mieghu. Il-President talbet laqgha formali mal-Ministru dik il-gimgha stess. Il-Ministru spjega verbalment lill-President tal-Kamra li minhabba impenji ohra li dig'? kellu fosthom li kellu jsiefer ghal konferenza tal-WHO, huwa ma setax ikollu laqgha mal-Kamra qabel sebat ijiem. Huwa ssuggerixxa li jekk il-Kamra tinsisti li l-laqgha ssir aktar kmieni min dak inhar, din il-laqgha setghet issir mad-Direttur Generali tas-Sahha. L-asserzjoni tal-Kamra li l-Ministru wieghed lill-President tal-Kamra li kien se jitlob lid-Divizjoni tas-Sahha tirtira mill-posizzjoni taghha qabel ma ssir il-laqgha formali, dan minkejja l-insistenza tal-President tal-Kamra hija 'l boghod mill-verit'?. Minghajr ebda kuntatt iehor mal-Ministru jew id-Direttur Generali, l-Kamra ta' l-Ispizjara fis-16 ta' Frar ghogobha tohrog id-direttivi.
Huwa d-Dipartiment li ghandu ghalfejn jiddeplora bil-qawwa xi theddid li qed jsir. Tajjeb li l-pubbliku jkun jaf li l-istess spizjara qed jheddu lil shabhom li juru l-inqas sinjal li ma jobdux kompletament id-direttivi mahruga mill-Kamra sabiex ikunu jistghu jipprocessaw dokumenti urgenti ghax-xiri ta' medicini. Minbarra dan, id-Divizjoni tas-Sahha tiddeplora t-theddid viljakk li qed isir fuq il-hajja tad-Direttur tas-Servizzi Farmacewtici. Barra minn hekk hija l-imgieba skoretta tal-membri ta' l-istess Kamra li tmur kontra r-regolamenti tas-Servizz Civili. Id-Divizjoni tas-Sahha tistieden lil Kamra biex telenka l-imgieba skoretta ta' l-ufficjali gholja fid-Divizjoni li rreferiet ghalihom fl-istqarrija taghha.
Jekk l-unici skopijiet li ghandha l-Kamra huma diretti lejn il-harsien u l-gid tal-pazjenti, ghandha tirrevedi il-pozizzjoni taghha, tirtira id-direttivi moghtija u tpoggi bil-qeghda flimkien mad-Divizjoni tas-Sahha biex b'mod serju jigu diskussi l-kwistjonijiet pendenti. Ghax id-Divizjoni tas-Sahha ghandha verament l-interessi tal-pazjent u tas-servizz fuq kull haga ohra, id-Divizjoni tirrijafferma li zzomm lill-Kamra u lill-ispizjara individwali personalment responsabbli ghal kull danni li jistghu jsofru l-pazjenti b'konsegwenza tad-direttivi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN