IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI F'LAQGHA MAS-SETTUR KUMMERCJALI DWAR DIESEL AHJAR
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, l-Onor. Edwin Vassallo, f'laqgħa li kellu ma' wħud mis-settur kummerċjali kkummenta fuq id-diesel li fih ammont ferm baxx ta' kubrit li beda ji'i mpurtat u mibjugħ mill-Enemalta. Dan hu żvilupp importanti u nteressanti għax juri aktar biċ-ċar l-impenn tal-Gvern għal vijabilita' u sostenibilita' mhux biss ambjentali iżda wkoll ekonomika.
Is-Segretarju Parlamentari Vassallo qal li din id-deċiżjoni turi kif filwaqt li qegħdin mexjin b'ritmu kostanti lejn sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropeja, dan it-tip ta' diesel issa jipparaguna tajjeb għal dak użat fl-Ewropa. Din id-deċiżjoni ttejjeb il-livell ta' l għixien tagħna u għandha tgħin biex ittejjeb il-kwalita' tal-ħajja li qegħdin ngħixu u hekk tqarribna lejn l-istess livell ta' l-għixien ta' l-Unjoni Ewropeja. Din id-deċiżjoni turi d-determinazzjoni tal-Gvern li jtejjeb dejjem aktar l-ambjent tagħna billi jnaqqas it-tni''is ta' l-arja kif ukoll jara li s-settur kummerċjali jkun jista' jaħdem mingħajr xkiel ta' min jista' jaħseb li issa il-vetturi għandhom jagħmlu ħsara lill-ambjent fil-komunitajiet tagħna.
L-użu tad-diesel fil-vetturi kemm kummerċjali w oħrajn ta' kuljum qiegħed dejjem jiżdied. Kien pass għaqli li issa għandna diesel li fih 90% anqas ta' kubrit. Id-diesel il-'did qiegħed jinbiegħ bl-istess prezz tad-diesel li kien jintuża di'a'. U għalhekk issa l-Gvern ħa ħsieb li jtejjeb il-kwalita' mingħajr ma jgħolli l-prezz tad-diesel li t-trakkijiet u vetturi kummerċjali jistgħu jużaw. Dan it-titjib fil-kwalita' ntlaħaq mingħajr ma żdiet il-prezz.
Din id-deċiżjoni tixhed l-impenn tal-Gvern li jsaħħaħ is-settur kummerċjali, speċjalment ikun ta' għajnuna għan-negozju ż-żgħir fejn qed jara li jkollhom diesel aħjar mingħajr ma żdiet il-prezz u għalhekk ma jgħabbihomx bi spejjeż żejda.
Is-Segretarju Parlamentari Vassallo fakkar fil-ħtie'a li naraw li s-settur kummerċjali għandu jaħdem filwaqt li jieħu ħsieb li jżomm l-ambjent nadif. Issa hu f'idejn is-settur kummerċjali li jara li jaddotta għalih proċeduri ta' xogħol li jkollhom l-inqas konsegwenza negattiva fuq l-ambjent. Id-deċiżjoni meħuda mill-Gvern permezz tal-Enemalta hu eżempju ċar tal-impenn tal-Gvern li għandu
jwassal għal titjib fl-ambjent naturali ta' pajjiżna iżda l-fatt li dan qiegħed isir mingħajr spejjeż żejda għas-settur kummerċjali, issa jonqos is-settur kummerċjali li jagħti sehmu li jħares l-ambjent u nkunu konxji tal-ħtie'a li għandna nfittxu li nħadmu mingħajr ma noħolqu skart.
"Settur kummerċjali responsabbli huwa settur kummerċjali li kull komunita' għandha bżonn. Nawgura li lkoll nifhmu li kull negozju għandu bżonn ikollu il-politika ambjentali tiegħu u hekk naslu li ninvestu lura fil-komunitajiet tagħna," hekk temm jgħid is-Segretarju Parlamentari, Edwin Vassallo.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN