L-ONOR. JOSEF BONNICI, MINISTRU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI, JINDIRIZZA KONFERENZA TA? L-AHBARIJIET FEJN TNEDIET UFFICJALMENT IS-SITT EDIZZJONI TAT-TRAVEL TRADE DIRECTORY
Zieda fit-titjiriet lejn l-Ingilterra mill-Air Malta
Peress li dig'? kienet registrata zieda f'forward bookings mir-Renju Unit, l-Air Malta dig'? ddecidiet li ghas-sajf li gej izzid erba' titjiriet fil-gimgha lejn Londra u Manchester, fuq dawk li operat is-sena li ghaddiet.
Dan qalu l-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici, f'konferenza ta' l-ahbarijiet dalghodu, li fiha tnediet ufficjalment is-sitt edizzjoni tat-Travel Trade Directory, li jkun pubblikat kull sena f'isem l-Air Malta, f'erba' lingwi differenti u mqassam fost operaturi barranin ta' l-ivvjaggar b'mod partikolari fl-Ewropa u fl-Amerika ta' Fuq.
Il-Ministru Bonnici irrifera wkoll ghas-suq germaniz, u qal li ghalkemm jidher li minn dan is-suq jista' jkun hemm xi tnaqqis xorta wahda l-Air Malta ddecidiet li tibqa' topera l-istess numru ta' titjiriet lejn l-istess destinazzjonijiet f'dan il-pajjiz. Anzi, kompla l-Ministru Bonnici, l-Air Malta qed taghmel l-almu taghha biex tkun irkuprata parti mit-telf li jista' jkun hemm minn dan is-suq. Hu qal li dan qed isir permezz ta' hidma fost operaturi germanizi u ezercizzju ta' promozzjoni.
Hu fakkar li l-Air Malta tonfoq eluf kbar ta' liri fis-sena f'riklamar u promozzjoni kemm diretta kif ukoll indiretta ghal Malta. Hu qal ukoll li l-linja nazzjonali ta' l-ajru taghti kontribut qawwi lill-Awtorit'? Maltija ghat-Turizmu, kemm finanzjarjament fejn is-sehem taghha lejn din l-Awtorit'? jammonta ghal Lm400,000 fis-sena, kif ukoll permezz ta' madwar 2,500 biljett b'xejn biex ikunu jistghu jingiebu Malta gurnalisti u operaturi ta' l-ivvjaggar. Bhalissa qed tghin ukoll fil-kampanja qawwija ta' pubblicit'? li qed issir fuq stazzjonijiet tat-televizjoni fil-germanja.
Il-Ministru Bonnici rrifera wkoll ghas-sehem kbir li l-Air Malta taghti lill-ekonomija tal-pajjiz billi tikkontribwixxi 7 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross (GDP) u 25 fil-mija tad-dhul kollu mit-turizmu. Barra minhekk, timpjega aktar minn 1,800 ruh u s-sena li ghaddiet harget f'salarji u pagi aktar minn Lm20 miljun, jew kwazi Lm4 miljun aktar mis-sena ta' qabel.
Hu qal li llum, l-Air Malta qed topera lejn 54 destinazzjoni fl-Ewropa, l-Afrika ta' Fuq, fil-Lvant Nofsani u fil-Golf Gharbi u allura tippromwovi mhux biss lilha stess izda wkoll lill-pajjiz f'ghadd kbir ta' pajjizi. Hu zied li t-Travel Trade Directory hu mezz iehor li jservi ghal dan l-iskop billi jkompli jippromwovi lil Malta mhux biss bhala destinazzjoni turistika izda wkoll bhala pajjiz b'identit'? u b'karatteristici differenti minn ta' pajjizi ohra.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN