IL-MINISTRU TA? L-INTERN JIPPREZENTA CEKK TA? LM5,000 LILL-KUMMISSJONI TA? L-EMIGRANTI
Il-Ministru ta' l-Intern Dr. Tonio Borg dalghodu pprezenta cekk ta' Lm5,000 lid-Direttur tal-Kummissjoni Emigranti Monsinjur Philip Calleja fil-prezenza tar-rapprezentant tal-UNHCR f'Malta Charles Buttigieg.
Il-Ministru Borg qal li l-flus li l-Gvern qed jghaddi lill-Kummissjoni ta' l-Emigranti huma simbolu tar-rikonoxximent tax-xoghol li l-Kummissjoni taghmel fost ir-refugjati li jinsabu f'Malta, kif ukoll bhala rikonoxximent tax-xoghol li jaghmlu l-organizzazzjonijiet non-governattivi.
Monsinjur Calleja fisser li kemm ilha mwaqqfa l-Kummissjoni offriet akkomodazzjoni lil 834 ruh li whud minnhom ilhom Malta ghal dawn l-ahhar tmien snin.
Monsinjur Calleja fisser kemm hu tqil il-piz finanzjarju li l-Kummissjoni jkollha ggorr kull sena, u li s-sena li ghaddiet il-Kummissjoni kien se jkollha tbiegh l-unika propjet'? li kien baqghalha biex issostni l-operazzjonijiet taghha u tissodisfa l-obbligi finanzjarji.
Il-Ministru Borg irrefera ghal-Ligi dwar ir-Refugjati li ghaddiet mill-Parlament is-sena li ghaddiet u se tibda tithaddem fix-xhur li gejjin.
Bis-sahha ta' din il-ligi, Malta qed taghraf u tirregola l-istatus ta' refugjat u tipprovdi ghat-twaqqif ta' struttura li tinkludi Kummissarju ghar-Refugjati li jiddeciedi hu l-applikazzjonijiet ta' dawk li jkunu qed ifittxu kenn f'pajjizna.
Bhalissa f'Malta hawn 132 refugjat, li 42 minnhom huma tfal u gejjin minn 18–il pajjiz differenti, il-bicca l-kbira taghhom pajjizi tar-regjun tal-Mediterran. F'Malta, dawk li jigu rikonoxxuti bhala rifugjati jinghataw id-dritt li jghixu f'Malta, id-dritt ghal dokument ta' l-ivjaggar, dritt ghal sptar u skola b'xejn kif ukoll jinhargilhom il-permess ghax-xoghol.
Ta' min ifakkar li l-ligi timponi test iebes ghal min japplika ghal stat ta' rifugjat. Skond il-Ligi, li hi mehudha mill-Konvenzjoni tal-Gnus Maghquda, l-istatus ta' refugjat jinghata biss meta jkun hemm biza' msejsa fuq ir-realt'? (well founded fear) ta' persekuzzjoni vera mill-pajjiz minn fejn l-applikant ikun gej. Ir-refugjati mhumiex immigranti klandestini li jitilqu minn pajjizhom biex ifittxu futur ahjar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN