Left arrow Go Back

SKOLA SPORT 2001 F?GĦAWDEX

pr0239
Date Icon 22/02/2001

Nhar is­Sibt, 17 ta' Frar, 2001 'iet organizzata, għat­tieni darba f'Għawdex, Skola Sport fil­Kumpless Sportiv t'Għawdex.

L­għanijiet prinċipali ta' Skola Sport huma li tintroduċi lil tfal u studenti ta' bejn is­7 u s­16­il sena lid­dinja ta' l­isports u li tippromwovi l­isports bħala mezz ta' edukazzjoni, formazzjoni u fuq kollox dixxiplina personali. Fl­istess ħin, Skola Sport tfittex li ttejjeb il­livelli ta' dawk li jipprattikaw l­isport għall­gost, għas­saħħa jew għall­kompetizzjoni.

Din is­sena t­tfal li ser jipparteċipaw fi Skola Sport għandhom għażla minn tlettax­il dixxiplina sportiva differenti. Dawn jinkludu l­kickboxing, table tennis, artistic gym, handball, karate, lawn tennis, basketball, educational gymnastics, spirit combat, volleyball u għall­ewwel darba baseball u field hockey. Dawn id­dixxiplini sportivi ser ji'u mgħallma minn instructors differenti, magħżula minn persuni kkwalifikati f'dixxiplini diversi, fosthom studenti Universitarji li għandhom bħala su''ett ewlieni l­Edukazzjoni Fiżika. Din is­sena, l­iskola ta' l­għawm ser issir fix­xhur tas­sajf.

Skola Sport 2001, organizzata mill­Gozo Sports Complex, laqgħet applikazzjonijiet għal madwar erba' mitt student li minn nhar is­Sibt, 17 ta' Frar bejn id­9.00a.m. u 12.00p.m. bdew jiffrekwentaw id­diversi sessjonijiet ta' taħri' sportiv fil­Kumpless Sportiv t'Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow