Left arrow Mur Lura

IMNEDIJA L-AWTORIT TA? MALTA DWAR IR-RIŻORSI

pr0238
Date Icon 22/02/2001

Il-Ministru għall-Ambjent, Francis Zammit Dimech, ppresieda l-ewwel laqgħa ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi. Hu qal li l-Awtorit'? ta' Malta dwar ir-Riżorsi twaqqfet biex tirregola l-użu tar-riżorsi f'pajjiżna. Malta għandha nuqqas ta' riżorsi naturali u l-mod kif dawn jitmexxew huwa ta' importanza nazzjonali. Il-Ministru qal li għalhekk l-Awtorit'? twaqqfet bħala Regolatur awtonomu, indipendenti mill-Korporazzjonijiet li jipprovdu dawn ir-riżorsi lill-pubbliku, biex tirregola u tissorvelja kull prattika, operazzjoni u attivit'? li tirrigwarda r-riżorsi ta' l-ener'ija, l-ilma u l-minerali, inkluż il-'ebla Maltija.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern qed jistenna ħafna mill-Awtorit'? ta' Malta dwar ir-Riżorsi. Qed jistenniha tilliberalizza s-settur ta' l-elettriku u ilma b'mod bilanċjat u li jkun ta' benefiċċju kemm għall-industrija, kif ukoll għall-konsumatur. Qed jistenna li din tirregola prattiċi li għandhom x'jaqsmu mar-riżorsi ta' pajjiżna b'mod li dawn jintużaw bl-aqwa mod u b'mod li ma jkunx ta' dannu għall-ambjent. Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Awtorit'? trid toħloq sistema' ta' liċenzjar ta' attivitajiet li jirrigwardaw ir-riżorsi ta' l-ener'ija, l-ilma, l-estrazzjoni tal-minerali u l-petroleum. Qal li l-Awtorit'? trid tiżgura li jkun hemm kompetizzjoni 'usta f'dawn is-setturi, tistabilixxi standards ta' kwalit'? u sigurezza minimi, tassigura li d-domanda għal dawn ir-riżorsi tintlaħaq bl-aktar mod ekonomiku possibli u tistabilixxi sistema ta' prezzijiet għal dawk l-attivitajiet regolati minnha.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Awtorit'? għandha wkoll funzjonijiet speċifiċi għas-setturi li tirregola. Hu semma bħala eżempju l-ener'ija fejn l-Awtorit'? hi mistennija tinkora''ixxi l-użu ta' sorsi alternattivi ta' ener'ija. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Gvern di''? wera l-intenzjoni tiegħu li jimxi f'din id-direzzjoni bil-miżuri li ħa fil-budget għal din is-sena. Hu qal li issa hemm l-Awtorit'? biex tikkonsolida din il-politika ambjentali u tpo''iha f'qafas li jippermetti aktar produzzjoni ta' ener'ija b'mod li ma ssirx ħsara lill-ambjent.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-amministrazzjoni tajba tar-riżorsi llum hi kkunsidrataha bħala waħda mill-aktar dmirijiet importanti tal-Gvern. Hu qal li l-kariga tar-Regolatur hija riżultat tal-liberalizzazzjoni tas-swieq u l-ftuħ għall-kompetizzjoni. Tenna li ftit huma dawk is-setturi fejn il-liberalizzazzjoni setgħet issir f'limbu mingħajr ma jkollok uffiċċju jew awtorit'? responsabbli biex tistabbilixxi regoli dwar kif wieħed jista' jidħol fis-suq u dwar kif għandhom ikunu mħarsa d-drittijiet tal-konsumatur.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech ikkwota mil-konklużjoni tas-summit tal-‘G7' fi Frar 1995, fi Bruxelles, fejn jingħad li "the regulatory framework should put the user first and meet a variety of complementary societal objectives. It must be designed to allow choice, high quality services and affordable prices. It will therefore have to be based on an environment that encourages dynamic competition, ensures the separation of operating and regulatory functions as well as promotes interconnectivity and interoperability."

Il-Ministru għall-Ambjent qal li l-Gvern hu fid-dmir li jassigura li l-liberalizzazzjoni ssir bl-aħjar mod possibbli.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech awgura lil Joe N. Tabone fil-kariga 'dida tiegħu ta' Chairman ta' l-Awtorit'? ta' Malta dwar ir-Riżorsi, kif wkoll lill-membri kollha ta' din l-Awtorit'?.

L-AWTORIT'? TA' MALTA DWAR IR-RIZORSI

L-Awtorit'? ta' Malta dwar ir-Rizorsi hi maghmula minn Joe N. Tabone bhala Chairman u l-Perit Amadeo Mifsud bhala Deputy Chairman. Il-membri huma Robert C. Aquilina, l-Avukat Eugene Buttigieg, l-Inginier Marthese Dimech u Andrew Mangion. Mario Caruana nhatar Segretarju.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow