Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHAT-TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI DWAR XOGHLIJIET FIT-TOROQ.

pr0233
Date Icon 21/02/2001

B'referenza ghall-konferenza stampa li taw rapprezentanti tal-Oppozizzjoni, llum f'Hal Qormi, il-Ministeru ghat-Trasport u Komunikazzjoni jixtieq jiccara u jghid illi jekk wieħed jagħti daqqa t'għajn lejn ix-xogħol fit-toroq ta' pajjiżna, malajr jinduna li bħalissa għaddej xogħol f'aktar minn għoxrin belt u raħal madwar Malta.

Fil-fatt, bħalissa għaddej xogħol ta' toroq f'dawn il-lokalitajiet li 'ejjin:-

Attard, B'Kara, Għargħur, Gzira, '?al Far, Hamrun, Fgura, Manikata. Marsa, Mellieħa, M'arr, Msida, Mosta, M'Xlokk, Qormi, Dingli, Burmarrad, Salina, Swieqi, Tarxien, Żabbar.

Minbarra dawn qed jintlaqgħu tenders għal xogħol ieħor f'Birżebbu'a, Mqabba, Santa Lucia, Safi, Pembroke, Għaxaq u Pieta.

Minbarra hekk, u dan jistgħu jixhduh l-istess kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħol, qatt daqs illum mhu qed ikun hemm kontroll fuq il-kwalita' tax-xogħol li jsir mill-istess kuntratturi.

Għall-ewwel darba, matul l-aħħar sentejn kien hemm kuntratturi li kellhom ix-xogħol tagħhom li kellu jinqala' u jer'a jsir mill-'did a spejjeż ta' l-istess kuntratturi.

Diversi drabi ntqal b'mod ċar li l-kuntratturi li jwettqu xogħol ħażin ikollhom jaqilgħu dan ix-xogħol, ukoll jekk dan jirriżulta f'dewmien fl-eżekuzzjoni ta' l-istess xogħol. Dan qed isir biex ji'i assigurat li n-nefqa li ssir tagħti l-aħjar riżultati.

Biex wasalna għal din il-qagħda d-Dipartiment tat-Toroq miexi mal-pjani mfassla wara Settembru 1998 mill-esperti Ġermaniżi, liema rakkomandazzjonijiet 'ew ippubblikati xhur ilu.

Hi ħasra li l-Partit Laburista, biex mingħalih jingħo'ob man-nies, jispiċċa jipprova jqarraq f'dak li jgħid. Mhux vera li kien hemm pjani mfassla li 'ew skartati. Fl-ebda ħin ma kien hemm xi pjan lest jew imfassal qabel l-elezzjoni 1998. Biex din il-gidba tinqata' darba għal dejjem, il-Ministeru jisfida l-Partit Laburista jippubblika dawn il-pjani jew inkella jgħid fejn jistgħu jinstabu.

Ma kien hemm l-ebda xogħol mibdi li 'ie skartat, anzi ħafna drabi kellhom jinħlew xhur ta' laqgħat mal-kuntratturi biex setgħu ji'u solvuti problemi maħluqa ftit 'ranet qabel l-elezzjoni ta' l-1998.

Dwar in-nefqa fis-settur tat-toroq, tajjeb wieħed igħid li llum kull xogħol li ji'i mfassal qed joħro' permezz ta' tender, liema tenders qegħdin jieħdu l-kors tagħhom qabel ix-xogħol ikun jista' jinbeda'.

Dwar is-sistema ta' l-għoti tal-kuntratti, il-Ministeru saħaq dwar il-fatt li minn nofs is-sena li għaddiet, inbidlet is-sistema ta' kif jingħataw it-tenders, biex ji'i assigurat li min jingħata x-xogħol ikun dak li l-aktar kapaċi li jwettaq ix-xogħol; u mhux dak li jkun xeħet l-irħas offerta.

Illum l-affarijiet qed isiru bis-serjeta' biex jigu evitati żbalji bħal dawk li 'raw fil-bini tat-toroq fi żmien amministrazzjonijiet laburisti tal-passat, li wasslu biex ikollna toroq bħal Mdina Road f'Hal Qormi; bħal Bypass ta' Wied il-Għajn, bħal Bypass ta' San Pawl il-Baħar; Psaila Street; it-triq ta' l-Imtarfa u dik ta' '?aż Żebbu'; li minkejja l-miljuni ta' liri li ntefqu fuqhom f'kostruzzjoni u f'manutenzjoni, qed ikollhom jer'għu jinqalgħu u jsiru mill-'did.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow