Left arrow Mur Lura

IFFIRMAR TA' FTEHIM BEJN L-AWTORITA TA' L-IPPJANAR U L-ASSOCJAZZJONI TAL-KUNSILLI LOKALI DWAR INFURZAR TAR-REGOLAMENTI LI JIKKONTROLLAW L-IZVILLUPP.

pr0231
Date Icon 21/02/2001

Sena ilu gew introdotti l-gwardjani lokali f'Malta. Ir-rwol tal-gwardjani f'din l-ahhar sena kien li jaraw li ma jinkisrux u jekk jinkisru, jirrappurtaw ksur ta' ligijiet ta' traffiku u indafa. Wara sena mill-introduzzjoni tal-Gwardjani Lokali wiehed jistgha jghid li l-effett taghhom qieghed jinhass f'dak li huwa infurzar. L-effett ewlieni jkun l-introduzzjoni ta' kultura differenti, kultura ta' iktar sens ta' organizzazzjoni u dixxiplina fil-lokalitajiet taghna.

L-idea generali tan-nies hija li bl-introduzzjoni tal-gwardjani lokali, l-uniku aspett ta' infurzar huwa dak marbut ma' dizordni fit-traffiku. Madanakollu wiehed irid iqis li z-zamma ta' l-ordni f'lokalita tinkludi wkoll id-dehra u anke l-ambjent. Ghal dan il-ghan, bil-ftehim ta' llum, il-gwardjani lokali sejrin jghinu lill-Awtorita ta' l-Ippjanar billi jipprovdu servizz ta' sorveljanza fil-lokalita rispettiva taghhom.

Id-dmirijiet il-godda li ser ikollhom il-gwardjani lokali huma li jaraw:

Kull xoghol ta' bini jkun kopert b' permess mill-Awtorita ta' l-Ippjanar;

Ikun hemm kopja tal-permess imwahhal fuq il-post;

Li kull bini jsir skond il-linja tat-triq;

Li jkun hem l-ilqugh mehtiega skond il-ligi;

Li jigu obduti l-"enforcement notices" mahruga mill-Awtorita ta' l-Ippjanar; u

Li r-reklami temporanji, bhal billboards, ikunu koperti b'permess.

L-infurzar tal-ligi huwa essenzjali u l-gvern huwa fid-dmir li jinforza l-ligi. Il-Ministru Gatt kompla li l-Kunsilli Lokali ghandu jkollhom ir-responsabilita li jinfurzaw xi ligi. L-infurzar tal-ligi m'hux ghazla izda obbligu. U kien proprju ghalhekk li wara li l-Kunsill Lokali ta' Had Dingli abdika mir-responsabilita' li jinforza l-ligi fil-konfini tieghu, din ir-responsabilita' ghaddiet f'idejn dawk il-Kunsilli li maghhom Had-Dingli ftiehem sena ilu li jikkopera biex tkun infurzata bil-ghaqal il-ligi. Il-Ministru Gatt fakkar li jekk din hi parti minn strategija politika, allura hadd ma' jlum lill-Gvern li r-risposta tkun ukoll politika.

Il-ftehim ghandu jservi ukoll biex titjieb il-koperazzjoni ezistenti bejn l-Awtorita ta' l-Ippjanar u l-kunsilli lokali f'dak li huwa kontroll ta' l-izvillupp. Dan il-ftehim huwa ghal sena u jista' jiggedded ghal sena ohra. Permezz tieghu l-kunsilli lokal sejrin jipprovdu servizz bi hlas lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex din tkun tistgha taqdi ahjar id-dmirijiet taghha fil-lokalitajiet rispettivi.

Il-ftehim sar wara konsultazzjoni bejn l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. L-Assocjazzjoni minn naha taghha ghamlet process shih ta' konsultazzjoni mal-Kunsilli kollha li kkoperaw biex il-ftehim ta' llum jkun jistgha jigi iffirmat.

Il-Gwardjani lokali ser jkollom perjodu ta' tahrig fil-qasam tal-kontroll ta' l-izvilupp qabel ma jibda jinghata dan is-servizz.

Il-ftehim gie iffirmat mic-Chairman ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar, is-Sur Christopher Falzon, mill-President ta' l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Dr. Ian Micallef u mis-segretarju ezekutiv ta' l-Assocjazzjoni is-Sur Oreste D'Alessandro.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow