Left arrow Mur Lura

L-ONOR. LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI, GIE PPREZENTAT B?KOPJA TA? L-ISTUDJU TAL-PROFESSUR ABELA DWAR IL-VALURI TAN-NISA U L-IRGIEL FIL-GZEJJER MALTIN

pr0230
Date Icon 21/02/2001

Studju dwar il-valuri tan-nisa u l-irgiel jipprovdi jattaforma ghall-izvilupp tal-Politka Socjali

Il-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara ghadha kemm ippublikat studju komparattiv dwar il-valuri tan-nisa u l-irgiel fil-gzejjer Maltin. Dan l-istudju li gie mwettaq mis-socjologu Anthony M Abela jistrieh fuq l-istharrig minn diversi studji ohrajn u jqabbel u jikkuntrasta l-valuri tan-nisa u l-irgiel f'Malta u f'ghaxar pajjizi ohra Ewropej fuq medda ta' hmistax il-sena.

Il-Professur Abela, flimkien mal-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara, pprezentaw ir-rizultati ta' dan l-istharrig lill-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali Lawrence Gonzi. Fost affarijiet ohrajn minn dan l-istharrig jirrizulta li:

  • Id-differenzi fil-valuri bejn is-sessi huma aktar influwenzati mill-kultura u t-trawwim socjali tal-individwu kif ukoll u b'mod specjali, bil-livell ta' edukazzjoni tal-persuna;

  • Il-generazzjonijiet iz-zghar li ffurmaw familja qed jimmanifestaw valuri aktar demokratici fejn id-decizjonijiet jittiehdu bis-sehem tal-membri tal-familja;

  • Hemm x'juri li l-etika tax-xoghol fuq stil maskili qed taghmel aktar wisa' ghal etika fuq stil aktar femminili li hija aktar espressiva, inqas materjalista u ta' mistrieh;

  • In-nisa baqghu shah fir-religjozita' taghhom, u ghalkemm l-irgiel iqisu lilhom infushom religjuzi, jhallu l-prattika tar-religjon f'idejn in-nisa;

  • L-irgiel huma aktar attivi u nteressati fil-politika minn nisa. In-nisa jiffavorixxu l-politka socjali aktar mill-irgiel;

  • Il-kundizzjonijiet socjali ta' zmienna qed igeddu u joholqu differenzi u firdiet kulturali godda bejn is-sessi.

Meta kkummenta fuq ir-rizultati mtarrfa f'dan l-istharrig, il-Ministru Gonzi sahaq fuq il-bzonn li d-decizjonijiet tal-Gvern ikunu bbazati fuq il-perspettivi differenti ta' bejn is-sessi sabiex dawn jigu kkunsidrati u ma jinholqux barrieri li jistghu jtellfu il-holqien ta' socjeta' ta' opportunitajiet indaqs. Il-Ministru Gonzi fakkar kif il-Gvern haddan il-politika tal-gender mainstreaming u kif qed ihares it-twettiq ta' din il-politika fl-operat tal-Gvern.

Studji bhal dawn, tenna l-Ministru Gonzi, huma essenzjali fit-tfassil tal-politika socjali u ekonomika tal-Gvern, dan ghaliex dawn ir-rizultati jixhtu dawl fuq il-bzonnijiet tan-nisa u l-irgiel u jghinu lil Gvern sabiex ikompli jwettaq politka li tohrog il-potenzjal shih tal-persuna ghal gid tieghu jew taghha u ghal gid tal-pajjiz. Huwa proprju ghalhekk li l-Gvern qieghed jahdem buq abbozz ta' ligi biex jelemina d-diskriminazzjoni kontra n-nisa, kif ukoll emendi ghall-ligijiet tax-xoghol li jservu biex jipprotegu lin-nisa fuq il-post tax-xoghol. Huwa ghalhekk ukoll li l-ETC qieghda twettaq programmi li jghinu lin-nisa jirritornaw fuq ix-xoghol wara li jkunu rtiraw.

Il-Ministru Gonzi rringrazzja lil Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara u lill-Professur Abela ghal din l-inizjattiva u weghedhom li l-Gvern ser ihares mill-qrib lejn ir-rizultati miksuba fid-dawl tad-decizjonijiet politici li jkun hemm bzonn li jittiehdu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow