L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GĦALL-AMBJENT, QASSAM IL-WARRANTS LILL-PERITI ĠODDA
Professjoni li trid tattwa l-politika integrata ta' l-ippjanar
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li mill-Indipendenza 'l hawn il-popolazzjoni ta' Malta kibret minn 323,000 fl-1964 għal 388,000, żieda ta' 65,000 jew ta' 20 fil-mija. Ċifra ta' densita' - li tinkludi wkoll ir-residenti barranin - li hi tmien darbiet aktar mill-medja preżenti fl-Unjoni Ewropea. Il-Ministru għall-Ambjent qal li ma kellu ebda ħsieb li jidħol f'xi studju demografiku iżda m'hemmx dubju li ż-żieda fil-popolazzjoni fl-aħħar 36 sena seħħet minħabba li spiċċat l-emigrazzjoni wara li kienet ħtie'a assoluta għal tant snin, wara li emigranti Maltin bdew jirritornaw lura u anke għaliex qegħdin imutu inqas nies milli jitwieldu.
Francis Zammit Dimech qal li ż-żieda fil-popolazzjoni 'abet magħha talba akbar għal aktar djar. Fl-istess waqt seħħ fenominu 'did. Fejn qabel is-snin ħamsin u sittin kien normali li diversi koppji li jiżżew'u jibqgħu joqgħodu mal-familja, f'dawn l-aħħar 40 sena il-koppji bdew ifittxu li jkollhom dar għalihom. Dan il-kunċett kien mgħejjun sew mill-gvernijiet suċċessivi li għamlu disponibbli biċċiet ta' art, taw għajnuna finanzjarja biex ikun mgħejjun min ried jibni u anke saru diversi skemi. Bdew jinbnew ukoll housing estates ma' l-erbat irjieħ ta' Malta u Għawdex. Aktar ma għola l-livell tal-għajxien aktar il-Maltin u l-Għawdxin bdew ifittxu djar aħjar fejn jgħixu.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li fl-istess perjodu ta' wara l-Indipendenza, pajjiżna bidel l-ekonomija tiegħu minn waħda mibnija fuq in-nefqa tad-Dipartimenti tas-Servizzi Militari Ingliżi għal waħda li ddur ma' l-industrja u t-turiżmu. Il-pajjiż saħħaħ l-infrastruttura tiegħu bil-bini ta' Power Stations, impjanti ta' reverse osmosis, sistema ta' telekomunikazzjoni, port 'did fil-bajja ta' Marsaxlokk, Air Terminal gdid, zoni industrjali b'mijiet ta' fabbriki, għexieren ta' lukandi 'odda, skejjel u sptarijiet.
Francis Zammit Dimech qal li dan l-iżvilupp kollu fis-settur tal-kostruzzjoni bla dubju ta' xejn 'ab miegħu ħidma qawwija fil-qasam ta' l-ippjanar, xogħol għall-periti li huma ferm importanti f'dan il-qasam.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li f'dawn l-aħħar snin dħalna f'fażi 'dida ta' ippjanar. Qal li pajjiżna, bħall-bqija tal-pajjiżi fl-Ewropa, di'a` ħa passi biex ikollu politika effettiva u iżjed integrata fl-ippjanar. Qal li, għal dan l-iskop, dan il-Gvern waqqaf l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Qal li kien iqis l-ippjanar bħala mezz tajjeb biex inħarsu l-ambjent għaliex meta tippjana tiffissa inti r-regoli dwar fejn għandu jinbena u fejn le.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li llum nifhmu li l-ambjent hu ta' kulħadd u li għalhekk il-perit fl-ippjanar tiegħu jara li l-bini li jkun qed jippjana jaqbel ma' l-ambjent li fih se jinbena u bl-ebda mod ma jagħmel ħsara. Il-Ministru għall-Ambjent qal kien jemmen li kien hemm ħtie'a għal aktar landscaping u li dan kellu wkoll jifforma parti mill-ippjanar tal-bini kollu madwarna.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li din kienet l-ewwel darba li l-periti kienu qed jingħataw il-warrant skond il-li'i l-'dida li daħlet fis-seħħ f'Ottubru 1999. Fakkar li l-Bord tal-Warrant tal-Periti twaqqaf skond din il-li'i. Qal li dan il-Bord għamel diversi su''erimenti dwar il-preparazzjoni li għandhom jingħataw l-istudenti fil-preparazzjoni għall-professjoni 'dida tagħhom. Il-Bord qed jirrakomanda illi l-istudenti għandhom jingħataw exposure fl-oqsma kollha tal-professjoni fosthom disinn arkittoniku kif ukoll strutturali, costings, tenders, evalwazzjoni ta' proprjeta', preparazzjoni ta' rapporti, rappreżentazzjonijiet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u xogħol ieħor fuq is-sit. Il-Ministru għall-Ambjent qal li kien jemmen li flimkien mat-tagħlim akkademiku ried ikun hemm il-preparazzjoni li riedet tingħata minn min diga` kien fuq ix-xogħol.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li fiż-żminijiet tal-lum, meta s-sinjali kollha qed jindikaw li l-industrija tal-kostruzzjoni qed ter'a' tirpilja, meta l-ambjent qed ikollu parti dejjem akbar fl-ippjanar u meta rridu li jogħlew l-istandards f'kollox biex ikollna pajjiż aktar modern, il-preparazzjoni trid tkun waħda sħiħa biex hekk meta l-periti 'odda li qed jibdew il-karriera tagħhom jibdew jaħdmu għal rashom ikunu infurmati dwar dak kollu mistenni minnhom.
Il-Ministru għall-Ambjent awgura lill-periti kollha li kienu qed jingħataw il-warrant suċċess fil-professjoni tagħhom u ħidma biex fil-pajjiż inkomplu nżeww'u l-iżvilupp mal-ħti'iet ambjentali.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN