Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MID-DIVIZJONI TAS-SAHHA DWAR IT-TILWIMA MAL-KAMRA TAL-ISPIZJARA TA? MALTA

pr0228
Date Icon 21/02/2001

Id-direttivi li hargu mill-kamra tal-ispizjara lil-ispizjara li jahdmu fis-Servizzi Farmacewtici tal-Gvern ma huma xejn hlief mezz biex jigi mxekkel il-progress, u tinzamm lura r-riforma tant mehtiega f'dan il-qasam. Din kienet fil-pozizzjoni tal-Kamra tal-Ispizjara sa min meta rregistrat tilwima f'Novembru tas-sena l-ohra. Jidher li minkejja hafna laqghat, li saru, il-Kamra ghadha qed issostni l-pozizzjoni taghha li ma tridx tibdil.

Minn Novembru 'l hawn saru diversi laqghat kemm mad-Direttur Generali kif ukoll mal-Ministru tas-Sahha fejn gew diskussi diversi lmenti mqajjma mill-Kamra tal-Ispizjara. Kull darba li l-awtoritajiet tas-Sahha fid-diversi livelli, pprezentaw proposti biex jindirizzaw ir-rikjesti tal-Kamra tal-Ispizjara, dejjem ikun hemm bidla fin-natura ta' dawn ir-rikjesti. Ghalhekk jidher car li l-Kamra tal-Ispizjara jew ma tafx ezatt id-direzzjoni li trid tiehu jew qeghda tiddefendi interessi ulterjuri.

Tajjeb li wiehed ifakkar li f'Settembru tas-sena l-ohra, d-Direttur Generali tas-Sahha kien talab lill-Kamra tal-Ispizjara biex taghtih bil-miktub il-proposti taghha ghal struttura gdida fis-Servizzi Farmacewtici tal-Gvern . Din it-talba giet ripetuta f'diversi laqghat li saru bejn l-Awtoritajiet tas-Sahha u l-Kamra tal-Ispizjara. Sa llum, aktar min tlett xhur wara, il-proposta tal-Kamra tal-Ispizjara ghadha ma gietx prezentata lid-Divizjoni.

Il-pubbliku ghandu jkun mgharraf li kuntrarjament ghal dak li stqarret il-Kamra tal-Ispizjara, ma kien hemm l-ebda tibdila fl-istruttura tas-Servizzi Farmacewtici tal-Gvern minn mindu gie miftiehem li jibdew diskussjonijiet dwar din il-materja. Tajjeb li l-pubbliku jkun jaf ukoll li r-raguni li pprecipitat l-azzjonijiet industrijali kienet biss talba tal-Kamra tal-Ispizjara maghmula fl-14 ta' Frar li sas-16 ta' Frar huma kellhom jiltaqghu mal-Ministru. Minhabba impenji ohra l-Ministru offra li jiltaqa' mal-kamra din il-gimgha wara li jigi lura minn konferenza tal-WHO. Ghalhekk il-Ministru, biex jakkomoda l-urgenza tat-talba mitluba talab lill-Kamra biex tiltaqa' mad-Direttur Generali tas-Sahha. Ir-reazzjoni tal-kamra ghal din il-proposta kienet li jinhargu direttivi lill- ispizjara u dan minkejja li fil-gimghat ta'qabel il-Ministru kellu diversi laqghat mal-Kamra.

Id-Divizjoni tas-Sahha qed taghmel minn kollox biex l-azzjonijiet industrijali ordnati mill-Kamra tal-Ispizjara ma jkollhomx effett daqshekk negattiv fuq il-process ta' xiri ta' medicini. Id-Divizjoni tas-Sahha, filwaqt li tappella lill-Kamra tal-ispizjara biex tirtira id-direttivi taghha sabiex it-tahdidiet ippjanati ikunu jistghu jkomplu, filwaqt ukoll li pubblikament titlob lill-Kamra tal-Ispizjara biex tissottometti bil-miktub mill-aktar fis possibli l-proposti taghha ghall-istrutturi futuri, tiddeplora l-ghagir arroganti tal-istess Kamra u zzomm lil Kamra tal-Ispizjara kif ukoll lill-ispizjara individwali responsabbli ghal kull effett negattiv li id-direttivi taghha jista jkollhom fuq il-pazjenti. Id-Divizjoni tas-Sahha tfakkar ukoll lill-Kamra tal-Ispizjara fir-responsabbilitajiet professjonali taghha min barra dawk trejdjunjonisti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow