Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI JINDIRIZZA KONFERENZA TA' L-AHBARIJIET FEJN HABBAR AKTAR INIZJATTIVI FAVUR L-AMBJENT

pr0224
Date Icon 20/02/2001

Diesel b'ferm anqas kubrit

Il-Gvern, permezz tal-korporazzjoni Enemalta, kompla jiehu aktar inizjattivi favur il-harsien ta' l-ambjent u sahhet il-bniedem billi f'dawn l-ahhar granet beda jkun impurtat u mqassam ghall-bejgh fil-petrol stations diesel b'ammont ferm baxx ta' kubrit fih.

Dan thabbar mill-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici f'konferenza ta' l-ahbarijiet, fejn semma li din hi t-tieni darba minn Settembru tas-sena l-ohra 'l hawn li l-Enemalta bdiet timporta diesel b'ammont anqas ta' kubrit fih u li hu vicin hafna ghal dak uzat fil-pajjizi ta' l-Unjoni Ewropea.

Hu qal li filwaqt li f'Settembru tas-sena l-ohra beda jkun impurtat diesel b'ammont ta' 0.2 fil-mija ta' kubrit fih, meta qabel l-ammont ta' kubrit kien ta' 0.5 fil-mija, il-percentagg ta' kubrit li fih id-diesel li qed ikun impurtat issa jvarja bejn 0.048 u 0.055 fil-mija, li jfisser tnaqqis ta', bejn wiehed u iehor, 90 fil-mija.

Il-Ministru Bonnici qal li dan il-pass se jwassal biex ikompli jonqos it-tniggiz mill-vetturi u biex, fl-istess waqt, titjieb il-kwalit'? ta' l-arja. Hu semma li minkejja li diesel ta' dan it-tip jiswa aktar, il-prezz ghall-konsumatur se jibqa' l-istess. Qal ukoll li kien importanti li l-ammont ta' kubrit fid-diesel jonqos peress li l-konsum tad-diesel qed jizdied sena wara l-ohra. Fil-fatt, l-importazzjoni ta' diesel, eskluz id-diesel impurtat ghall-generazzjoni ta' l-elettriku, zdiedet b'aktar minn 51 fil-mija, minn 56,934 tunnellata metrika fl-1991 ghal 86,129 tunnellata metrika s-sena li ghaddiet.

Il-Ministru Bonnici qal li din ma kinitx l-unika inizjattiva li hadet l-Enemalta favur l-ambjent f'dawn l-ahhar sitt xhur. Fil-fatt, f'Ottubru tas-sena l-ohra bdiet timporta u tbiegh petrol bic-comb b'ammont anqas ta' comb fih, tant li l-ammont ta' comb tnizzel minn 0.4g kull litru ghal 0.15g kull litru, li jfisser tnaqqis ta' madwar 63 fil-mija.

Hu qal li l-hsieb ta' l-Enemalta hu li tkompli telimina l-uzu tal-petrol bic-comb. Madankollu dan ikun eliminat ghal kollox meta jkun assigurat li l-Enemalta sabet petrol alternattiv ghal dawk il-vetturi li jkunu ghadhom ma jistghux jahdmu fuq petrol bla comb.

Il-Ministru Bonnici semma li filwaqt li l-konsum ta' petrol zdied bi 11 fil-mija f'dawn l-ahhar ghaxar snin, l-importazzjoni ta' petrol bic-comb nizlet fl-istess perjodu bi 28 fil-mija minn 62,036 tunnellata metrika fl-1991 ghal 44,550 tunnellata metrika s-sena li ghaddiet. Fl-istess waqt, l-importazzjoni ta' petrol bla comb zdiedet b'1,271 fil-mija minn 1,936 tunnellata metrika fl-1991 ghal 26,549 tunnellata metrika s-sena li ghaddiet.

Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici rrifera wkoll ghal inventarji li saru mill-Enemalta flimkien mad-Dipartiment ghall-harsien ta' l-Ambjent dwar l-effett fuq il-kwalit'? ta' l-arja minn gassijiet kawzati mill-generazzjoni ta' l-elettriku u mill-uzu ta' prodotti taz-zejt. B'dan il-mod tkun tista' tinbena stampa cara tal-livelli ta' tniggis ta' l-arja ambjentali.

Il-Ministru Bonnici qal li dan il-Gvern wera, b'diversi inizjattivi ohra f'dan il-qasam, kemm tabilhaqq irid li jhares l-ambjent. Hu semma, fost l-ohrajn, l-eliminazzjoni ta' l-uzu tal-faham mill-power station tal-Marsa, it-thaddim ta' l-electrostatic precipitators fl-istess power station, u l-istallazzjoni ta' turbini tal-gass u s-sistema tal-combined cycle fil-power station ta' Delimara, flimkien ma' l-uzu ta' fuel li jaghmel ferm anqas hsara lill-ambjent. Hu qal li dawn l-inizjattivi favur l-ambjent ittiehdu minkejja li ziedu sostanzjalment l-ispejjez ghall-generazzjoni ta' l-elettriku.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow