Left arrow Mur Lura

IL-KARNIVAL OPPORTUNITA` GHALL-IZVILUPP KREATTIV TAT-TFAL

pr0222
Date Icon 20/02/2001

Ic-Centru ghall-Kreattivita' fil-Kavallier ta' San Gakbu se jospita wirja ta' aktar minn 200 bicca xoghol artistika tat-tfal mill-Primarja u s-Sekondarja dwar it-tema tal-Karnival.

Din hi l-ewwel sena li din il-wirja tax-xoghlijiet tat-tfal qed tittella fic-Centru ghall-Kreattivita'. Dan qed isir l-ewwelnett biex il-Karnival isir opportunita' ghall-izvilupp kreattiv tat-tfal, kif ukoll biex it-tfal jibdew jiffamiljarizzaw ruhhom mac-Centru ghall-Kreattivita'. Ic-Centru hu post accessibbli hafna ghat-tfal u fih jistghu jizviluppaw il-kreattivita' li jkollhom, kif ukoll biex jiskambjaw it-talent artistiku taghhom ma' haddiehor filwaqt li jitghallmu.

Il-wirja hi rizultat ta' kompetizzjoni li saret fl-iskejjel kollha mill-Primarja sas-Sekondarja kemm fl-iskejjel ta' l-iStat kif ukoll privati. Il-Kompetizzjoni kienet organizzata mill-Youth Services Organisation (YSO) flimkien ma' l-Organizzaturi tal-Karnival. F'din il-kompetizzjoni hadu sehem madwar 1300 tifel u tifla, u min dawn ix-xoghlijiet intghazlu 200 li se jkunu esibiti fic-Centru ghall-Kreattivita'. Il-wirja hi miftuha ghall-kulhadd minghajr hlas u l-hinijiet tal-ftuh tac-Centru huma bejn l-10.00 u l-17.00, il-gimgha kollha.

Waqt zjara li ghamel il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Louis Galea, hu qal li permezz ta' attivitajiet bhal dawn, inkunu qed noholqu spazju biex l-imaginazzjoni u l-kreattivita' ta' l-individwu tkun tista' timrah. Il-Ministru qal ukoll li l-izvilupp tal-potenzjal kreattiv tat-tfal hu suggett importanti tal-Kurrikulu Nazzjonali li issa beda jkun attwat. Il-Ministru kompla jghid li zvilupp importanti fl-isfera tal-kreattivita' fl-edukazzjoni se tkun l-introduzzjoni ta' l-Activity Teachers. L-Activity Teachers se jkunu l-fus ta' l-attivita' kreattiva fl-iskejjel. Dawn se jsahhu u jaghtu aktar hajja lill-Kurrikulu Nazzjonali, specjalment fl-oqsma ta' l-Arti, il-Muzika, Drama, Sport u oqsma ohra kreattivi, filwaqt li jaghtu appogg iehor mehtieg fit-twettieq tal-bidliet importanti li jehtieg isehhu fis-sistema edukattiv ta' pajjizna.

Il-Ministru kkonkluda b'appell lill-genituri biex fil-jiem li gejjin, jiehdu l-opportunita' biex jiehdu lill-uliedhom sac-Centru tal-Kreattivita' fil-Kavallier ta' San Gakbu; b'hekk ikunu qed jghinu fl-izvilupp tal-potenzjal kreattiv ta' uliedhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow