STQARRIJA TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI L-ONOR EDWIN VASSALLO BI TWEĠIBA GĦALL-ISTQARRIJA TAL-LOBBY GROUP IN FAVOUR OF SUNDAY TRADING
B'referenza għall-istqarrija għall-istampa maħru'a mil-Lobby Group li qiegħed jitlob referendum favur ħwienet miftuħa 24 siegħa kuljum, nixtieq nisħaq li l-intenzjoni tiegħi la hi biex inqarraq u l-anqas biex inħawwad lill-pubbliku, kif inhu allegat mil-Lobby Group iżda li nagħti nformazzjoni dwar x'qed tfisser it-talba li l-pubbliku qed ji'i mitlub jiffirma.
M'għandi l-ebda intenzjoni li nwaqqaf proċess ta' talba għar-referendum. Il-li'i għar-referendum abrogattiv hija li'i li ssaħħaħ il-prinċipju tas-sussidjarjet'? u d-demokrazija f'pajjiżna. M'għandi l-ebda dritt u lanqas obbligu li nwaqqaf jew nimmina dan il-proċess izda nixtieq biss li dawk li qegħdin jiffirmaw ikunu jafu l-konsegwenzi u x'talba qegħdin jiffirmaw għaliha.
Ladarba il-konsegwenzi għat-tibdil mitlub minn dan ir-referendum jolqot settur tas-self-employed u negozji żgħar, nemmen li huwa dmiri li bħala Segretarju Parlamentari responsabbli li nħares fuq l-interessi ta' dan is-settur, għandi nitkellem u nuri l-fehmiet tiegħi.
'?all-kuntrarju ta' dak li 'ie allegat fl-istqarrija ta' l-istampa maħru'a mill-istess group l-interess tiegħi m'hux li n'ib 'l quddiem l-interess tan-negozji ż-żgħar bi skapitu tan-negozju l-kbir, iżda li nara li t-tnejn jkunu kapaċi jaħdmu flimkien mingħajr ma jkunu ta' detriment għal xulxin u ta' servizz siewi għall-konsumatur. '?aldaqstant huwa dmiri li nipproponi emendi għal-li'i li issa it-tħejjija tagħhom waslet biex tkun konkluza li jkunu kapaċi jilħqu bilanċ. Nemmen li f'pajjiżna kapaċi naslu għal żvilupp ekonomiku mhux billi nifirdu ż-żgħir mill-kbir iżda permezz ta' li'ijiet li jgħinu lis-settur kummerċjali iżid l-attivit'? kummerċjali mingħajr ma joħloq stat konsumista.
Permezz tal-ħidma tiegħi irrid nara li fis-settur kummerċjali s-settur tan-negozju ż-żgħir isib postu u jkun stmat għal 'id ekonomiku li kapaċi joħloq. '?alhekk quddiem su''erimenti li jistgħu jwasslu għal telfien ta' impjiegi u għeluq ta' ħwienet żgħar, huwa dmiri li nara li legizlazzjoni 'dida filwaqt li tneħħi l-anomaliji fil-ligi preżenti, tagħmilha aktar faċli biex is-settur kummerċjali jkun jista' jaħdem u l-konsumatur jinqeda mingħajr ħadd ma jitlef postu mis-suq.
Kull proposta ser tkun diskussa bħalma jkunu diskussi li'ijiet oħrajn u l-opinjonijiet kollha li qed jingħataw di''? qegħdin nieħdu konsiderazzjoni tagħhom bit-tama li l-proposti li noffru jkunu ta' sodisfazzjon għal dawk kollha nvoluti f'dan il-proċess.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN