Left arrow Mur Lura

DISKORS TAL-MINISTRU GĦALL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI AUSTIN GATT WAQT IL-LAQGĦA TAS-SINDKI - COASTLINE HOTEL, IS-SIBT 17 TA? FRAR 2001

pr0213
Date Icon 16/02/2001

Sinjuri Sindki,

Nirringrazzjakom talli għal darb'oħra stidintuni nindirizzakom f'egħluq il-laqgħa tagħkom. Il-laqgħa tas-Sindki hi okkażjoni fejn nanalizzaw il-qagħda tal-Gvern Lokali f'pajjiżna u fejn din tista' titjieb u taqdi aħjar liċ-ċittadini Maltin.

Fis-seba' snin li ilha l-esperjenza lokali, il-Kunsilli mmaturaw u ħadu f'idejhom bosta responsabbiltajiet li qabel kienu għal kollox f'idejn il-Gvern. Jonqos xi inizjattivi oħra ta' devoluzzjoni, iżda wara r-rittmu mgħa''el ta' l-aħħar sentejn irridu wkoll nikkonsolidaw dak li ksibna s'issa.

Dan m'hux xi bdil fl-impenn tal-Gvern li jkompli jsaħħaħ lill-Kunsilli u jtihom rwol dejjem aktar importanti fl-għixien tal-kommunitajiet tagħhom. Anzi, bil-kontra dan hu tisħiħ ta' dak l-impenn għax il-konsolidazzjoni hi parti integrali minn kull proċess li rridu li jirnexxi. L-impenn tagħna jidher m'hux lanqas mill-finanzjament li dan il-Gvern għadda lill-Kunsilli Lokali li jibqa' l-għodda l-aktar meħtie'a biex il-Kunsilli jħaddmu sew il-funzjonijiet tagħhom.

Fuq is-sena li għaddiet, kull Lokalita` din is-sena ngħatat aktar fondi biex tmexxi ħidmietha. Din kienet it-tielet sena wara l-oħra fejn il-Gvern żied l-allokazzjoni tiegħu lill-Kunsilli Lokali. Fejn il-Gvern Laburista qaċċat 15% mill-allokazzjoni lill-Kunsilli Lokali, dan il-Gvern radd lura l-miljun u nofs Lira li tilfu l-Kunsilli, u żied magħhom miljun Lira oħra. F'sentejn l-allokazzjoni lill-Kunsilli Lokali żdiedet b'29%.

'?ax żdied il-finanzjament, il-parti l-kbira tal-Kunsilli sabu kif imorru 'l hinn minn dak li hu meħtie' minnhom bil-li'i u ħadu inizjattivi oħra fl-interess tar-residenti tagħhom. Sakemm wieħed ma jittraskurax ir-responsabbiltajiet li għandu, hu tajjeb li l-Kunsilli ma jkunux biss magħrufa għat-toroq u l-bankini.

Hawn qbil f'pajjiżna fuq ħafna affarijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Kunsilli Lokali. '?alkemm m'hux dejjem kien hekk, illum naqblu kollha

li l-Kunsilli huma ta' 'id għal-lokalitajiet tagħhom;

li l-proċess politiku fuq livell lokali kattar id-demokrazija u s-sehem dirett taċ-ċittadini Maltin fil-gvern ta' bliethom;

li pajjiżna mogħni b'ħafna nies li lesti jagħtu ħinhom għall-'id tal-'irien tagħhom mingħajr ma jistennew ħlas jew kumpens.

Hemm affarijiet oħra li dwarhom hawn qbil, għalkemm jien niskanta kif hemm min jaħseb li jaqbillu jgħid li ma naqblux. Hawn qbil per eżempju li m'għandiex tkun ir-responsabbilta` tal-Kunsilli Lokali li jagħmlu jew ji'bru t-taxxi. Din il-funzjoni hi, u ser tibqa', tal-Gvern biss.

Ma nistax ma niskantax kif kapaċi tinħoloq kontroversja dwar xi ħa'a li lkoll naqblu dwarha. U niskanta aktar kif meta l-Gvern jgħid ċar u tond li l-Kunsilli la għandhom u l-anqas se jkollhom il-poter li jagħmlu t-taxxi, noħolqu kontroversja 'dida fuq it-tariffi għas-servizzi li joffru l-Kunsilli Lokali.

Sinċerament ma nifhimx kif tista' tkun kontra li l-Kunsilli:

jipprovdu korsijiet lil min irid jitħarre' f'talenti u snajja' li m'għandux;

jipprovdu faċilitajiet lil min jirreklama;

jipprovdu skips lil min għal xi żmien ikun qed jipproduċi aktar skart;

jarmaw wirjiet permanenti biex i'ibu fid-deher l-attrazzjonijiet fil-lokalita` tagħhom.

Tant din il-pożizzjoni politika ma tidhirx tagħmel sens li kważi kull Kunsill Lokali b'kull tip ta' ma''oranza – Nazzjonalista, Laburista u Indipendenti – għandha bye-laws li jżommu ħlas għal dawn is-servizzi. U dawn il-bye-laws 'ew ukoll approvati minn Ministri Laburisti.

Nifhem li s-sajda elettorali hi importanti iżda anki f'kampanja elettorali jeħtie' nifhmu sew x'qed ngħidu.

Irrid nieħu din l-okkażjoni biex nagħti ftit ħarsa lejn l-iżviluppi li seħħew dan l-aħħar fil-qasam tal-Gvern Lokali.

Fl-ewwel sena t'infurzar lokali, tjieb sew u żdied l-infurzar tal-li'i f'pajjiżna. Ir-regolamenti tat-traffiku huma infurzati b'mod aktar effiċjenti, u s-sewwieqa dan il-fatt jafuh tant li hu ċar li żdied ir-rispett tal-li'i u għalhekk żdiedet il-kumdita` tas-sewwieqa li jobdu l-li'i, u ta' dawk li jużaw il-bankini.

Ma rridx b'dan ngħid li kollox perfett u m'hemmx fejn tittejjeb. Naf li hemm xi Kunsilli li qed isibu li qed idumu ma jdaħħlu miċ-ċitazzjonijiet il-flus li jkunu ħar'u biex isostnu s-sistema. Din il-problema ttaffiet sew minn meta f'Novembru d-Dipartiment tal-Liċenzji re'a' beda ma j'eddidx il-liċenzji tal-karozzi li fuqhom hemm ċitazzjonijiet li għad iridu jitħallsu. Illum, kull xahar, kull Kunsill qed jirċievi pagament mid-Dipartiment tal-Liċenzji biex il-ħlas ta' kull ċitazzjoni jasal għand il-Kunsill.

Qabbadna awdituri biex jaraw is-sitwazzjoni finanzjarja ta' kull Kunsill fil-qasam ta' l-infurzar lokali biex ikollna l-informazzjoni li hemm bżonn għad-deċiżjonijiet it-tajba. Ma rridx nippre'udika minn qabel l-informazzjoni li għad irridu nirċievu, iżda rrid nikkummenta fuq id-deċiżjoni li ħa l-Kunsill ta' '?ad Dingli li għax tilef Lm2,000 f'sena iddeċieda li jneħħi l-Gwardjani. L-iskuża li ngħatat kienet li '?ad Dingli hu raħal kwiet u li għalhekk m'hemmx bżonn infurzar tal-li'i. Veru li f''?ad Dingli qatt ma ser ikun hemm bżonn infurzar daqs il-'?amrun jew tas-Sliema ... iżda l-infurzar tal-li'i jrid isir kullimkien: anki l-infurzar tal-li'ijiet kontra min jarmi l-imbarazz fil-kampanja, problema kronika f''?ad Dingli.

Kieku t-telf li kien qed jagħmel '?ad Dingli kien xi ħa'a drammatika kont forsi nifhem id-deċiżjoni li ħa. Iżda Lm2,000 minfuqa fl-infurzar tal-li'i minn allokazzjoni t'aktar minn Lm100,000 għal '?ad Dingli biss, inħoss li hi nefqa aktar milli 'ustifikata. Minbarra dan jien persważ li bi ppjanar aħjar l-infiq u d-dħul ta' '?ad Dingli seta' kien organizzat aħjar. Hi ħasra li ma ntalabx il-parir lil min seta' jtih.

Il-Gvern iqis li l-Kunsilli Lokali għandu jkollhom ir-responsabbilta` li jinfurzaw xi li'ijiet fil-konfini tagħhom. B'dan iżda ma jfissirx li xi Kunsilli jistgħu jagħżlu li ma jinfurzawx il-li'i għax hekk ikunu aktar popolari. Allaħares il-Gvern kellu jirra'una hekk għax kieku biex ikun popolari, il-Gvern jieqaf jinfurza l-li'i wkoll jew jieqaf ji'bor it-taxxi.

L-infurzar tal-li'i m'hux għażla iżda obbligu. Hu għalhekk li wara li l-Kunsill ta' '?ad Dingli abdika mir-responsabbilta` li jinforza l-li'i fil-konfini tiegħu, din ir-responsabbilta` għaddiet f'idejn dawk il-Kunsilli li magħhom '?ad Dingli ftiehem sena ilu li jikkopera biex tkun infurzata bil-għaqal il-li'i.

Nittama li wara dak li 'ara f''?ad Dingli ma jkunx hemm min jitħajjar jimita dan id-diservizz lir-residenti tiegħu. Nittama wkoll li m'hemmx konnessjoni bejn din id-deċiżjoni u ż-żjarat li qed jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni – u qed jagħmel sew li jagħmilhom biex jara b'għajnejh il-'id li 'abu l-Kunsilli Lokali. '?ad Dingli ħabbru d-deċiżjoni tagħhom propju meta żarhom il-Kap ta' l-Oppożizzjoni. Din il-'imgħa 'ara l-istess f''?al Tarxien. Jekk din hi xi strate'ija politika – u wisq nibża' li hekk hu – allura ħadd ma jlum 'il Gvern li r-risposta tkun ukoll politika.

Irrid fl-istess waqt nirringrazja lill-Kunsilli l-oħra kollha li wrew l-impenn tagħhom li jħaddmu din is-sistema sew. Kważi l-Kunsilli kollha fehemu li l-infurzar tal-li'i tħares lir-residenti li jobdu l-li'i u tipprote'ihom mill-oħrajn minn barra jew 'ewwa r-raħal li ma jobduhiex.

Kif tafu, f'dawn l-aħħar xhur il-Gvern kompla wettaq l-impenn li għamel li propjetajiet pubbliċi jgħaddihom lill-Kunsilli li jħejju pro'etti biex jużawhom aħjar. Ma dawn qed ngħaddu wkoll dawk il-faċilitajiet sportivi li m'humiex f'idejn xi klabb sportiv biex jintużaw aħjar għar-residenti. Qed ngħaddu wkoll 'onna u playing fields u libreriji lokali. Dan għax konvinti li l-Kunsilli Lokali jafu jieħdu ħsieb dawn il-faċilitajiet aħjar.

Sa l-aħħar ta' Marzu il-Kunsilli Lokali se jkunu ħadu minn idejn il-Gvern tnax-il faċilita` sportiva u tnejn u għoxrin librerija. Ser ikunu ngħataw ukoll tmien 'onna u ħmistax-il propjeta` oħra. Hu ta' kura'' għalina nirre'istraw is-suċċess ta' din l-inizjattiva.

Daħlet sew is-sistema li biha l-Kunsilli Lokali qed jirċievu mingħand ir-residenti tagħhom il-ħlasijiet tal-kera lill-Gvern. Mill-bidu tas-sistema saru aktar minn 4,200 ħlas ta' kera fl-uffiċċji tal-Kunsilli. '?al darb'oħra bil-Kunsilli Lokali, il-pubbliku qed jinqeda aħjar u qed jiffranka li joqgħod imur il-Belt biex jinqeda.

Wara li l-Gvern iddeċieda li jgħaddi l-bus shelters f'idejn il-Kunsilli, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali infurmatni li ftiehmet ma' kuntrattur biex ikun hemm Bus Shelters 'odda f'kull lokalita` u biex dawn il-Bus Shelters jinżammu dejjem fil-kundizzjoni li tixraq mill-kuntrattur stess. In-natura tal-ftehim hi tali li minkejja li l-Gvern alloka fondi lill-Kunsilli Lokali biex jieħdu ħsieb il-Bus Shelters, il-Kunsilli m'huma ser iħallsu xejn għal dan is-servizz.

Matul din is-sena l-Kunsilli Lokali ser jingħataw ir-responsabbilta` li joħor'u permessi temporanji fil-lokalitajiet tagħhom. Il-permessi għal min għal xi żmien qasir ser juża' art pubblika ser joħor'u mill-Kunsilli stess u m'hux aktar mid-Dipartiment ta' l-Artijiet. Il-Kunsilli ser iżommu huma d-dħul kollu min dawn il-permessi temporanji.

Il-Gvern qiegħed ukoll jorganizza aħjar il-liċenzji kummerċjali – li di'a` jħallsu għandkom. Is-servizz ta' ti'did ta' dawn il-liċenzji ser jibqa' jkun provdut mill-Kunsilli Lokali li titħallsu commission talli taqdu b'dan il-mod lill-a'enziji tal-Gvern. Bejn liċenzji temporanji u liċenzji oħra, il-Kunsilli Lokali ser ikollhom bejn wieħed u ieħor dħul t'Lm400,000 aktar – ammont li ma ssemmiex fil-Budget ta' din is-sena.

Minn din is-sena wkoll il-Kunsilli Lokali ser ikunu responsabbli għaż-żamma tal-parti l-kbira mill-bozoz tad-dwal u mit-twaħħil tal-lampi 'odda kollha. Il-ħsieb hu li s'April ta' din is-sena jkunu lesti l-istruzzjonijiet tekniċi għal din id-devoluzzjoni u ssir is-sejħa għall-kuntratturi. L-Enemalta bdiet ċensiment tal-bozoz kollha f'Malta u '?awdex li jkun lest sa Settembru. Matul dawn ix-xhur ser inkunu qed naħdmu biex grupp wara l-ieħor il-Kunsilli Lokali jirċievu d-delega għal din ir-responsabbilta`.

B'dawn ir-responsabbiltajiet il-'odda, u b'dawk li l-Kunsilli ngħataw matul is-snin li għaddew, il-pubbliku qiegħed u ser jinqeda aħjar. Hu għalhekk li issa jeħtie' nagħtu ċans li jkun hemm konsolidament fis-servizzi li qed jew ser jingħataw. Dan ser isir billi fi ftit 'imgħat oħra ser inniedu – flimkien ma' l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u ma' l-Assoċjazzjoni tas-Segretarji tal-Kunsilli Lokali – full operations review biex naraw xi ħti'ijiet hemm f'kull Kunsill Lokali għal nies u sistemi.

Dan kollu li għamilna, jew li ser nagħmlu, hu sinjal ta' fiduċja fikom u fi sħabkom. Ma' din il-fiduċja hemm bżonn ukoll li l-Gvern ikun effiċjenti fir-responsabbilta` tiegħu li jgħasses l-infiq tal-Kunsilli Lokali biex flus il-poplu jintefqu sew. Il-Gvern qed iħejji biex isaħħaħ l-għodda t'għassa fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali biex inkunu ċerti li qed dejjem titħares il-li'i.

Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali għalhekk għandu issa jikkonċentra aktar fuq ir-rwol ta' regolatur li ttih il-li'i. Issa li l-Kunsilli aktar milli sabu saqajhom m'għadux iż-żmien tal-hand holding li kien hemm bżonn għall-ewwel snin.

Xogħol li s'issa kien qed jagħmlu d-Dipartiment, jien nemmen li tista' tibda tagħmlu l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, dejjem jekk din tkun armata kif hemm bżonn. Fost dawn ir-responssabbiltajiet wieħed isemmi:

it-taħri' tal-Kunsilliera u ta' l-impjegati tal-Kunsilli,

l-ogħti ta' pariri legali jew amministrattivi,

l-għassa fuq il-kwalita` milħuqa mill-Kunsilli fis-servizzi li jipprovdu,

l-għassa fuq l-im'ieba etika tal-Kunsilliera,

ko-ordinazzjoni fil-ħru' ta' kuntratti ta' xogħol.

Biex nagħtu lill-Assoċjazzjoni l-għodda li teħtie', l-Operations Review ser tanalizza l-partijiet kollha li jidħlu fil-qasam tal-Gvern Lokali. Nirringrazjakom tal-kontribut li tajtu f'dan ix-xogħol bid-diskussjoni li kellkom illum. Naf b'hekk li tapprezzaw l-importanza ta' din l-inizjattiva li qed nieħdu.

Il-Kunsill Lokali għandhom ikunu armati sew bi strutturi effettivi fil-finanzi u fl-amministrazzjoni. '?andu jkun hemm bilanċ bejn in-naħa eletta u n-naħa amministrattiva ta' kull Kunsill biex is-servizzi jingħataw b'mod effettiv u effiċjenti. Ir-rwol tas-Sindki u tal-Kunsilliera u r-rwol tas-Segretarji Eżekuttiv għandu jkun ċar u konsistenti.

Il-kejl tas-sodisfazzjoni tal-klijenti tal-Kunsilli Lokali għandu jgħin biex nifhmu aħjar x'inhu dgħajjef u x'hemm bżonn jissaħħaħ fil-Kunsilli. L-istess jingħad għall-kumitati kon'unti li twaqqfu bejn il-Kunsilli.

L-Operations Review li ser nibdew ser tqis jekk dawk li għandhom x'jaqsmu mal-Gvern Lokali hux qed jaqdu l-iskopijiet tagħhom. Ser niffukaw fuq is-servizzi provduti, fuq kemm l-ispejjeż li jsiru huma sostenibbli, u fuq kemm nistgħu nitgħallmu minn mudelli barranin, l-aktar Ewropej, biex is-servizz li ngħatu jkun aħjar.

Nemmen fil-konsistenza, fi programmi ċari u fit-tul, fit-tfassil ta' miri konkreti u f'impenn kontinwu biex il-problemi naffrontawhom. Naħseb tafu li ma nibżax nieħu deċiżjonijiet, anke jekk ma jintgħo'bux, u ħadthom anke meta kont naf li m'hux ser ikunu popolari.

Ntenni appell li għamiltilkom ftit xhur ilu meta ltqajna '?awdex. Tħallux il-popolarita` tirbaħ fuq is-serjeta`. Tħallux il-parti''janiżmu jirbaħ fuq is-sens komun.

Intenni fl-aħħar l-awgurju kostanti tiegħi lilkom u 'l sħabkom: li tkomplu fuq is-suċċessi li ksibtu s'issa biex l-ambjent fejn ngħixu u s-servizzi li jerċievu r-residenti tagħkom ikun dejjem aħjar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow