IL-GVERN JIDDELEGA LIL TMIEN KUNSILLI LOKALI BIEX JINFURZAW LIGIJIET F?HAD DINGLI
Il-Gvern iddeċieda li jirtira lill-Kunsill ta' '?ad Dingli d-delega li kienet ngħatatlu s-sena li għadiet biex jinforza li'ijiet fil-konfini tiegħu bil-Gwardjani Lokali.
Il-Gvern ħa din id-deċiżjoni meta l-Kunsill ta' '?ad Dingli ħabbar, waqt żjara li saritlu mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni, li kien ser ineħħi l-Gwardjani Lokali mill-konfini tiegħu. L-iskuża li ngħatat kienet li '?ad Dingli hu raħal kwiet u li għalhekk m'hemmx bżonn infurzar tal-li'i. Minkejja dan, il-Kunsill ta' '?ad Dingli fi stqarrija tas-16 ta' Frar 2001 jgħid li "l-anzjani u dawk li jgħixu weħidhom jirtiraw fi djarhom u ma jiftħux il-bieb ta' barra qabel jisbaħ (...) aħna rridu iżjed sigurt'?." Il-kontradizzjoni hi aktar milli evidenti.
Il-Gvern iħoss l-infurzar tal-li'i jrid isir kullimkien: m'hux l-anqas l-infurzar tal-li'ijiet kontra min jarmi l-imbarazz fil-kampanja, problema kronika f''?ad Dingli.
Il-Gvern iqis li meta ta lill-Kunsilli Lokali l-opportunit'? li jkunu huma u m'hux il-Gvern li jinfurzaw il-li'ijiet, il-Kunsilli Lokali fehmu li dan kien obbligu tagħhom lejn ir-residenti tagħhom. Gvern – Lokali u Ċentrali – ma jistax jaħrab minn dan l-obbligu. Hu għalhekk li issa li l-Kunsill ta' '?ad Dingli abdika mir-responsabbilt'? li jinforza l-li'i fil-konfini tiegħu, din ir-responsabbilt'? għaddiet f'idejn dawk il-Kunsilli li magħhom '?ad Dingli ftiehem sena ilu li jikkopera biex tkun infurzata il-li'i.
Bis-saħħa ta' l-Avviż Legali Numru 20 ta' l-2001, mehmuż, il-Gvern iddelega l-infurzar ta' li'ijiet lill-Kunsilli Lokali l-oħra li jiffurmaw il-Kumitat Kon'unt li fih kien hemm '?ad Dingli, ji'ifieri l-Kunsilli Lokali t'Attard, Balzan, Birkirkara, Iklin, Lija, Mdina, Rabat u Santa Venera.
Il-Gvern jittama li wara dak li 'ara f''?ad Dingli ma jkunx hemm min jitħajjar jimita dan id-diservizz lir-residenti tiegħu. Il-Gvern jittama wkoll li m'hemmx konnessjoni bejn din id-deċiżjoni u ż-żjarat li qed jagħmel il-Kap ta' l-Oppożizzjoni. Il-Kunsill ta' '?ad Dingli ħabbar d-deċiżjoni tiegħu propju meta żaru l-Kap ta' l-Oppożizzjoni.
Fl-istess waqt il-Gvern jirringrazja lill-Kunsilli l-oħra kollha li wrew l-impenn tagħhom li jħaddmu din is-sistema sew. Kważi l-Kunsilli kollha fehemu li l-infurzar tal-li'i tħares lir-residenti li jobdu l-li'i u tipprote'ihom mill-oħrajn minn barra jew 'ewwa r-raħal li ma jobduhiex.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN