Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TA? L-EDUKAZZJONI JINAWGURA UFFICJALMENT ?MULTI PURPOSE ROOM? FL-ISKOLA PRIMARJA TAL-MELLIEHA

pr0205
Date Icon 16/02/2001

Pass iehor biex inkomplu nxettlu l-kreattivita' fl-Iskejjel ta' l-Istat

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni Dr. Louis Galea inawgura l-'Kamra Ghal Kull }idma' (l-isem Malti li se jinghata lill-'Multi-Purpose Room') - il-progett fil-Pjan ta' |vilupp ta' l-Iskola Primarja Marija Bambina tal-Mellieha ghal din is-sena skolastika.

Din il-kamra hi mahsuba biex fiha jistghu jsiru bosta hidmiet differenti, bhalma huma tahrig fiziku, ginnastika, drama, hidma kreattiva u hidmiet ohrajn li jistghu jkunu kemm edukattivi kif ukoll ta' divertiment u mistrieh. Il-kamra nfisha kienet strutturata mill-gdid u mghammra b'ammont ta' taghmir sportiv u taghmir iehor li sewa ma' l- Lm4,000.

Din il-kamra hija ezempju haj ta' impenn kollettiv bejn l-istudenti, l-ghalliema, il-genituri u l-komunita' biex noffru lil uliedna edukazzjoni shiha, li tmiss u ttejjeb il-personalita' kollha, kemm dik il-parti li tistudja u kemm dik il-parti li tirrikrea u zzomm ruhha f'sikkitha b'diversi attivitajiet li jizviluppaw il-persuna b'mod komplet.

L-iskop taghna lkoll hu li nattwaw tabilhaqq il-linji ta' gwida hekk kif proposti fil-Kurrikulu Nazzjonali. B'hekk inkunu qed inressqu flimkien il-hajja fl-iskola u l-hajja barra mill-iskola biex nintegraw l-iskola mal-komunita', u l-ktieb ma' l-esperjenzi ta' kuljum.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni qal li t-twettiq tal-Kurrikulu Nazzjonali hu mistenni jaqbad ritmu aktar mghaggel u konsistenti. L-introduzzjoni ta' l-'Activity Teachers' se jkunu l-fus ta' l-attivita' kreattiva fl-iskejjel. L-'Activity Teachers' se jsahhu u jaghtu aktar hajja lill-Kurrikulu Nazzjonali, spe`jalment fl-oqsma ta' l-Arti, il-Muzika, Drama, Sport u oqsma ohra kreattivi, filwaqt li jaghtu appogg iehor mehtieg fit-twettieq tal-bidliet importanti li jehtieg isehhu fis-sistema edukattiva ta' pajjizna. Il-Ministru qal li ghalhekk, 'Multi-Purpose Rooms' bhal dik ta' l-Iskola Primarja tal-Mellieha ghandhom jizviluppaw f'`entri ta' attivita' dinamika, mhux biss ghat-tfal li jattendu l-iskola izda wkoll ghall-komunita' kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow