PUNTI MID-DISKORS TA' L-ONOR. GIOVANNA DEBONO, MINISTRU GHAL GHAWDEX, FL- OKKAZJONI TA' L-INTRODUZZJONI TA' SIMFLEX NAVIGATOR SYSTEM MILL-GOZO CHANNEL
L-introduzzjoni ta' Simflex Navigator li ser jibda jintuża għat-taħri' tal-kaptana u l-first officers tal-kumpanija tal-Gozo Channel hija t-twettiq ta' inizjattiva waħda minn pjan strate'iku li għandha din il-kumpanija bl-iskop li ttejjeb il-kwalita' tas-servizzi tagħha kif inhu espress tajjeb ħafna fil-motto tal-kumpanija "servizz għal Għawdex u għall-klijenti tagħna".
Ix-xiri ta' dan l-apparat u t-taħri' li huwa ppjanat, juri l-impenn tal-kumpanija biex lill-impjegati tagħha tipprovdilhom l-aħjar taħri' possibbli u b'hekk toffri livell ta' sigurta' għola lill-passi''ieri tagħha peress illi l-kaptani se jkunu jistgħu jipprattikaw kif jidderie'u l-bastimenti fi kwalunkwe kundizzjoni tal-baħar u fi kwalunkwe sitwazzjoni ta' emer'enza.
F'dawn l-aħħar sentejn, il-kumpanija ħadet ħafna inizjattivi biex ittejjeb l-effiċjenza u l-kwalita' tas-servizz li hi toffri lill-eluf kbar ta' passi''ieri, fosthom l-introduzzjoni ta' l-ewwel tnejn minn tliet vapuri 'odda li jieħdu numru wisq akbar ta' passi''ieri u vetturi. Il-bini ta' dawn il-vapuri flimkien ma' l-iżvilupp infrastrutturali bil-bini jew tkabbir tal-mollijiet fiċ-Ċirkewwa, fl-Im'arr u f'tal-Pieta' huma konferma ta' l-impenn tal-Gvern li jassigura li l-passi''ieri li jaqsmu bejn iż-żew' gzejjer, li n-numru tagħhom qiegħed dejjem jiżdied, jingħataw is-servizz li jixraqilhom.
Jiena nixtieq nieħu din l-inizjattiva sabiex nifraħ mill-'did liċ-Chairman u lill-Bord tad-Diretturi tal-Gozo Channel għal din l-inizjattiva filwaqt li nawguralhom li jkomplu jieħdu inizjattivi simili sabiex kif jgħid il-motto tal-kumpanija, jingħata "servizz għal Għawdex u għall-klijenti tagħna".
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN