Left arrow Mur Lura

IL-CARPARK TA' MOYNIHAN HOUSE SER IKUN TA' GID GHAR-RESIDENTI TA' PEMBROKE UKOLL

pr0200
Date Icon 15/02/2001

Il-Ministeru ghall-Ambjent u s-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern jirreferu ghall-istqarrija mahruga mill-Kunsill Lokali ta' Pembroke fis-6 ta' Frar, dwar il-bini ta' parkegg fil-post fejn hemm Moynihan House, fil-bajja ta' San Gorg.

Id-Dipartiment ta' l-Artijiet applika ghal dan il-parkegg tmien xhur ilu, proprju wara li l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar fl-abbozz tal-Pjan Lokali ghall-Portijiet tat-Tramuntana (North Harbours Local Plan - NHLP) fil-proposta NHPV 03, indikat is-sit bhala sit idejali ghal wiehed mill-parkeggi strategici ghall-inhawi.

Hija stramba r-raguni ghaliex il-Kunsill Lokali ta' Pembroke qed jikkumenta issa meta ma kien ghamel l-ebda kumment dwar il-proposta, la waqt il-perjodu ta' konsultazzjoni pubblika fuq il-Pjan Lokali, bejn it-18 ta' Mejju u t-23 ta' Gunju 2000, li ghall-Kunsilli Lokali kien estiz sal-15 ta' Lulju, u l-anqas wara qabel ma saret il-konferenza ta' l-ahbarijiet.

Kontra dak li ntqal fl-istqarrija tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke, l-area li ser tintuza hija fil-fatt fil-parti l-kbira taghha mibnija. B'dan kollu il-Gvern huwa konxju li l-izvilupp ghandu jkun sensittiv ghall-istatus ambjentali ta' l-inhawi.

Il-Ministeru ghall-Ambjent u s-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern ma jarawx kif il-Kunsill "ma jistax jaccetta li jsiru progetti li primarjament jistghu jaffettwaw lir-residenti ta' Pembroke biex jissolvew il-problemi f'inhawi ohra minghajr ma jkun konsultat" meta kif thabbar l-access ghall-parkegg hu mahsub li jkun mill-bypass il-gdida ta' Pembroke sabiex appuntu jigi eskluz l-access miz-zona residenzjali ta' Pembroke.

L-unika raguni li l-Kunsill Lokali ta' Pembroke ma kienx mistieden ghall-konferenza ta' l-ahbarijiet kienet li Moynihan House mhiex fil-konfini ta' Pembroke. Madankollu, il-Ministeri ghall-Ambjent u ta' l-Intern lesti li jaghtu kull informazzjoni lill-Kunsill ta' Pembroke.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow