Left arrow Mur Lura

L-ONOR. FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GHALL-AMBJENT, JIPPREZENTA CERTIFIKATI LILL-BENNEJJA

pr0199
Date Icon 15/02/2001

Jiżdied ir-ritmu fis-settur tal-kostruzzjoni

Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li l-industrija tal-kostruzzjoni kienet għaddejja minn żminijiet interessanti minħabba l-pro'etti kapitali li bdew jitwettqu, u qabdu r-ritmu, u anke minħabba l-bini u estensjonijiet ta' postijiet residenzjali.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li s-settur tal-kostruzzjoni re'a' irpilja kien rifless mill-fatt li s-sena li għaddiet dan is-settur mhux talli ma kompliex naqqas mill-impjiegi, kif 'ara fit-tliet snin ta' qabel, iżda żied 502 impjiegi meta minn 5,399 impjieg fl-1999 tela' għal 5,901 impjieg fl-aħħar tas-sena l-oħra. Din kienet żieda qawwija ta' 9.3 fil-mija.

Francis Zammit Dimech qal li diversi kuntratturi kienu qed iħossu nuqqas ta' ħaddiema tas-sengħa fis-settur tal-kostruzzjoni. Qal li di'a` kien talab lill-Federazzjoni tal-Kuntratturi tal-Bini u In'inerija Ċivili biex jirrapurtawlu fid-dettal dwar dan in-nuqqas bl-iskop biex il-Ministeru għall-Ambjent, flimkien ma' Ministeri oħra, jara x'jista' jsir biex il-pajjiż ikollu l-ħaddiema kollha meħtie'a f'dan is-settur.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li minn rapport tal-Bank Ċentrali ta' Malta kien jirrriżulta li fit-tliet xhur sa Settembru 2000 kienu żdiedu l-ħaddiema fis-settur tal-bini, kif kienu żdiedu fid-disa' xhur ta' qabel. Ra'uni li ngħatat għal dan kienet iż-żieda fir-ritmu tax-xogħol fuq l-isptar il-'did f'Tal-Qroqq. Il-Ministru Zammit Dimech qal li dan kien pro'ett kapitali, wieħed mill-ħafna li qed jitwettqu bħalissa. Qal li matul din is-sena, sew il-pro'ett ta' Manoel Island u Tigne` kif ukoll dak tal-Kottonera, mistennija jaqbdu ritmu tajjeb ta' xogħol filwaqt li fi żmien mhux 'il bogħod jibda wkoll ix-xogħol fuq il-bini tal-pro'ett ta' Bieb il-Belt, li jinkludi wkoll it-teatru. Apparti mill-pro'ett tal-Cruise Passenger Terminal.

Il-Ministru għall-Ambjent qal li dawn il-pro'etti kollha, flimkien ma' pro'etti ta' bini ta' djar mill-Gvern u pro'etti ta' bini ta' djar mill-privat, għandhom joħolqu aktar impjiegi fis-settur tal-kostruzzjoni.

Hu qal li kien b'dan il-ħsieb li kien qed jifraħ lil dawk il-ħaddiema li rnexxilhom jgħaddu mill-eżami sabiex isiru bennejja liċenzjati. Qal li kien jieħu pjaċir jaqsam ma' dawn il-ħaddiema il-ferħ tagħhom li kienu għaddew mill-eżami wara li kellhom jistudjaw u jirċievu istruzzjonijiet mingħand periti li għamluhom teknikament kompetenti biex iwettqu ix-xogħol tagħhom fis-settur tal-kostruzzjoni tal-bini. Qal li dan kien rikonoxxut ukoll mil-li'i li kienet tagħraf li l-katina ta' responsabbilta' fil-kostruzzjoni tal-bini trid tkun fdata f'idejn ħaddiema kompetenti, ji'ifieri mill-perit għall-bennej liċenzjat.

Il-Ministru Zammit Dimech ħe''e' lil dawn il-bennejja biex fil-ħidma tagħhom jagħtu dejjem aktar każ tas-sigurta' fuq il-post tax-xogħol fejn jaħdmu għaliex ikun ta' niket kbir għalih u għal kulħadd meta jisma' b'inċidenti fuq il-post tax-xogħol li jistgħu jkunu evitati b'aktar attenzjoni u bil-ħarsien tar-regolamenti. Il-Ministru għall-Ambjent qal kien jieħu pjaċir jinnota li l-ħaddiema kienu qed isiru aktar konxji mis-sigurta' fuq il-post tax-xogħol fejn jaħdmu u li l-BICC, Kunsill fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, ukoll qed jagħmel kampanja kontinwa u innovattiva dwar is-saħħa u s-sigurta' tal-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni.

Il-Ministru għall-Ambjent ħe''e' lil ħaddiema li rċievew iċ-ċertifikat tal-bini biex iwettqu x-xogħol tagħhom fl-aħjar tradizzjoni tas-sengħa tal-bini. Qal li kulħadd kien jieħu pjaċir jinnota bini li jinbena b'ċerta sengħa. Qal li fil-kuntest Malti ċerti tradizzjonijiet fis-sengħa tal-bini għadhom validi, kemm f'dak li hu mod ta' kostruzzjoni kif ukoll fil-miżuri li jittieħdu biex nilqgħu għall-elementi u l-klima tagħna.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech, filwaqt li ħe''e' lil dawn il-bennejja biex iżommu lilhom infushom a''ornati ma' l-iżviluppi tekonolo'iċi li qegħdin iseħħu kontinwament, ferħilhom għas-suċċess tagħhom u awguralhom ħidma b'risq is-settur tal-bini f'pajjiżna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow