L-ONOR.FRANCIS ZAMMIT DIMECH, MINISTRU GĦALL-AMBJENT, IŻUR IX-XOGĦOL LI QED ISIR FI GNIEN ALEXANDER BALL, SAFI
Lm2.17 miljun aktar għall-Kunsilli Lokali f'sena
Il-Ministru għall-Ambjent Francis Zammit Dimech qal li kien ta' pjaċir għalih iżur dan il-'nien li kien pro'ett ieħor li l-Ministeru tiegħu kien qed iwettaq biex ikompli jsebbaħ il-pajjiż u biex joħloq aktar lokalitajiet fejn nies ta' kull eta' jqattgħu l-ħin liberu tagħhom. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li f'dan il-pro'ett il-Gvern kien investa mal-Lm20,000.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li meta l-Gvern preżenti waqqaf il-Kunsilli Lokali tahom il-mezzi finanzjarji biex jaħdmu. Finanzi li Gvern immexxi mill-Prim Ministru Eddie Fenech Adami baqa' jżid kull sena. Hu qal li flimkien mal-finanzi biex jwettqu l-ħidma tagħhom fejn jidħol tindif, tiswijiet u bini ta' toroq u bankini, u diversi xogħlijiet oħra, il-Gvern jipprovdi wkoll lill-Kunsilli fondi speċjali.
Barra minhekk diversi Ministeri jagħmlu xogħol għall-Kunsilli li tiegħu ma jitħallsux. Hu qal li fost dawn il-Ministeri kien hemm dak għall-Ambjent li matul is-sena l-oħra nefaq mhux inqas minn Lm2.17 miljun fi pro'etti u xogħolijiet oħra għad-diversi lokalitajiet fil-pajjiż. Dawn minbarra d-Lm9.7 miljun li l-Gvern ivvota għall-Kunsilli Lokali.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li matul is-sena li għaddiet diversi taqsimiet fil-Ministeru tiegħu għamlu dan l-infiq relatat mal-Kunsilli Lokali
¨ Dipartiment tal-Bini u In'inerija Lm1,057,803
¨ Uffiċju Ċentrali tad-Distretti 432,617
¨ Progetti ta' Riabilitazzjoni 568,925
¨ Unit għall-Ambjent Nadif 108,103
--------------
Total Lm2,167,448
Hu qal li fost il-pro'etti li twettqu, kien hemm dawk ta' tisbiħ f'San Pawl il-Baħar/ Qawra; Marsaxlokk; Birzebbugia; Sliema u San Giljan. Kien hemm pro'etti ta' restawr fil-belt Valletta; Bormla; l-Isla; il-Birgu; l-Imdina; '?ar Lapsi, Si''iewi; San Lawrenz, '?awdex; De Paule Avenue, Balzan; Joanne Gardens, Tarxien; u l-'?ajn tal-'?asselin, Msida. Kien hemm pro'etti ta' bini u tiswija ta' storm water culverts u ta' tindif. Twettqu wkoll pro'etti bħal dak tat-tneħħija tal-ħajt ħdejn il-Baċir Numru 1 f'Bormla fejn issa beda xogħol fuq il-bankina.
Hu qal li dan ix-xogħol kollu għen biex l-ibliet u l-irħula ta' pajjiżna jkomplu jissebbħu għall-'id tal-konunitajiet li jgħixu fihom u anke biex l-ambjent f'pajjiżna jkun aktar attraenti għal dawk li ji'u jżuruna.
Il-Ministru għall-Ambjent qal li '?al Safi hu wieħed mil-lokalitajiet tipikament Malti li rridu nagħtuh kull għajnuna biex jibqa' jżomm il-karatteristiċi tiegħu. Karatteristiċi li huma parti mill-identita' ta' pajjiżna. Qal li dan il-gnien, li x-xogħol fih sar kollu minn ħaddiema minn diversi diparrimenti fil-Ministeru għall-Ambjent, kien riżultat konkret tal-koperazzjoni kbira li teżisti bejn il-Gvern Ċentrali u l–Kunsilli Lokali.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-lokalita' ta' '?al-Safi kienet waħda mil-lokalitajiet fejn kellha ssir elezzjoni x-xahar id-dieħel. Qal li peress li qed jikkontestaw din il-lokalita' ħames kandidati, in-numru ta' kunsillieri li jiffurmaw il-Kunsill ta' din il-lokalita', dawn kienu eletti awtomatikament. Hu awgura lil dawn il-ħames kunsillieri 'odda aktar ħidma għall-'id tal-lokalita' tagħhom u wiegħedhom koperazzjoni mill-Ministeru tiegħu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN