IR-REFERENDUM DWAR IL-FTUH U L-GHELUQ TAL-HWIENET
Rigward is-su''ett tal-ftuħ tal-ħwienet il-'?add, is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Edwin Vassallo jixtieq ji'bed l-attenzjoni fuq il-parir li 'ie mogħti l-Grupp li qiegħed isejjaħ ir-referendum:
Il-parir li 'ie mogħti l-Grupp li qiegħed isejjaħ ir-referendum abbrogattiv li qiegħed jitlob li jitneħħew klawsoli tal-li'i li jirregolaw il-ftuħ u l-għeluq tal-ħwienet u fejn qegħdin jitolbu li l-ħwienet jibqgħu miftuħin sa l-10:00 p.m. kuljum jista' faċilment iwassal biex jagħmel minn dan l-eżerċizzju, eżerċizzju nvalidu għal-li'i li tirregola r-referendum abbrogattiv. Dan għaliex skond il-li'i li tirregola r-referendum abbrogattiv, dan ir-referendum jista' ji'i mgħajjat biss biex ineħħi klawsoli mil-li'i u mhux biex jintroduċi klawsoli 'odda. '?aldaqstant dawk li qegħdin ji'u mitluba jiffirmaw it-talba għal dan ir-referendum, jistgħu faċilment qegħdin ji'u msejjħa biex jipparteċipaw f'eżerċizzju li mhux ippjanat kif titlob il-li'i u għalhekk jista' jitqies bħala eżerċizzju nvalidu u null għall-finijiet tal-li'i li tirregola r-referendum abbrogattiv.
Il-li'i li tirregola r-referendum abbrogattiv tagħti l-opportunita' biex il-poplu permezz ta' referendum juri liema huma l-artikli mil-li'i jew liema li'i tkun trid titneħħa. Ma tagħti l-ebda opportunita' u jedd li min isejjaħ ir-referendum biex jimla l-vojt tal-li'i li jkun qiegħed jitlob li titneħħa u ċioe' jissostitwixxi b'xi dispożizzjonijiet oħrajn jew saħansitra jintroduċi xi dispożizzjonijet oħra.
Dan ifisser li min qiegħed jintalab jiffirma t-talba għal dan ir-referendum prattikament qiegħed jitlob li jitneħħew il-ħinijiet ta' l-għeluq u l-ftuħ tal-ħwienet u għalhekk qiegħed jitlob lill-Gvern jaċċetta li f'pajjiżna jkonna li'i li ma tirregola l-ebda ħinijiet ta' l-għeluq u l-ftuħ tal-ħwienet. Din it-talba li qiegħda tintalab lill-pubbliku qiegħda titlob biex f'pajjiżna naċċettaw li l-ħwienet u s-settur kollu kummerċjali jista' jiftaħ 24 siegħa kuljum.
Il-konsegwenzi ta' talba bħal din li mitlubin naċċettaw kieku kellu jgħaddi dan ir-referendum u kif dan ir-referendum qiegħed ji'i msejjaħ, ser tkun qiegħda titlob li s-settur kummerċjali jista' jiftaħ għal 24 siegħa kuljum. '?aliex hekk ifisser kemm-il darba din it-talba għar-referendum tkun aċċettata.
Il-konsegwenzi ta' talba bħal din ser jiżvanta''jaw bil-kbir lis-settur tan-negozji ż-żgħar, ħafna sidien tal-ħwienet li jaħdmu għal rashom, impjegati fis-settur kummerċjali, residenti 'irien għall-ħwienet u s-sistema kollha tal-ħajja li qegħdin ngħixu.
Fl-opinjoni tiegħi dan l-eżerċizzju qiegħed ji'i maħsub biex f'pajjiżna titnissel konfużjoni u diżorganizzazzjoni, li ekonomikament u soċjalment ma jiswa tajjeb għal ħadd. La din it-talba ma tistax tkun legalment aċċettata allura nitlob li l-grupp li sejjaħ din it-talba jirtira l-istess petizzjoni u dan qiegħed jingħad biex min qiegħed jissejjaħ biex jiffirma din it-talba ma jkunx qiegħed jiffirma din it-talba inutli.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN