STQARRIJA MILL-MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI BI TWEGIBA WARA RIMARKI TAL-KAP TA' L-OPPOZIZZJONI DWAR "TAXXI" MILL-KUNSILLI LOKALI
F'diskorsi li għamel is-Sibt u l-'?add 10 u 11 ta' Frar 2001, il-Kap ta' l-Oppożizzjoni re'a` tenna dik li sejjaħ sfida lill-Gvern li Kunsilli b'ma''oranza Nazzjonalista m'hux ser idaħħlu taxxi fis-sena li 'ejja.
Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni għadu ma fehemx li l-Kunsilli Lokali sempliċiment ma jistgħux idaħħlu taxxi 'odda, lanqas jekk iridu, lanqas jekk ikunu Nazzjonalisti. Jistgħu biss iżommu ħlas ta' servizzi li jipprovdu.
'?ames Kunsilli b'ma''oranza Laburista daħħlu s'issa bye-laws biex iżommu ħlas għal servizzi li jipprovdu. Il-Kunsill taż-Żurrieq b'ma''oranza Laburista għandu bye-law għall-ħlasijiet mi'bura fuq ir-riklamar fuq l-għamara fit-toroq, u riklamar fuq l-Internet, ħlasijiet għal min juża l-iskips u ħlasijiet għal min jidħol il-mużew li hemm mal-Mitħna tax-Xarolla. Il-Kunsilli ta' Marsaskala, taż-Żejtun u tal-Marsa, kollha b'ma''oranzi Laburisti għandhom bye-laws għal ħlas għal riklamar fuq l-għamara tat-toroq. Il-Kunsill tal-Marsa għandu wkoll bye-law għal ħlas għal min juża art pubblika, u l-Kunsill ta' '?aż-Żabbar b'ma''oranza Laburista għandu bye-law għall-ħlas ta' korsijiet.
Kien Ministru tal-Gvern Laburista wkoll li approva dawk li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni llum qed isejjaħ taxxi u li qed iwiegħed li Kunsilli b'ma''oranza Laburista m'humiex ser idaħħlu.
Ministru tal-Gvern Laburista approva dik li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jsejjaħ "taxxi" fuq l-iskips li beda ji'bor il-Kunsill ta' '?aż-Żebbu' meta kellu ma''oranza Indipendenti. Ministru tal-Gvern Laburista approva dik li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jsejjaħ "taxxi" fuq min jidħol jew juża Ġnien is-Serenita` li beda ji'bor il-Kunsill ta' Santa Luċija li għandu ma''oranza Indipendenti. Ministru tal-Gvern Laburista approva dik li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni jsejjaħ "taxxi" fuq min juża l-faċilitajiet tal-Kunsill ta' '?aż-Żebbu' li bdiet tin'abar meta kellu ma''oranza Indipendenti.
Ministri tal-Gvern Laburista approvaw b'kollox l-introduzzjoni ta' seba' minn dawn l-hekk imsejjħa taxxi f'sitt lokalitajiet differenti.
L-isfida tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni hi mill-'did ritornata lilu: ser i'iegħel lill-Kunsilliera Laburisti b'ma''oranza fil-Kunsilli tagħhom ineħħu dawn is-servizzi?
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN