IL-MINISTRU GHAL GHAWDEX TQASSAM GHOTJIET TA' LM16,000 LILL-NGO'S GHAWDXIN
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, nhar il-'?amis, 8 ta' Frar, 2001 qassmet għotjiet li jammontaw għal madwar Lm16,000 f'inċentivi lill-Għaqdiet Non-Governattivi f'Għawdex.
L-Għaqdiet Non-Governattivi f'Għawdex jagħtu servizzi diversi fis-sezzjonijiet differenti tas-soċjeta` Għawdxija. Ta' kull sena l-Ministeru għal Għawdex jagħti għajnuna finanzjarja lil ħafna minn dawn l-għaqdiet volontarji Għawdxin li jagħmlu xogħol fl-oqsma edukattivi, soċjali u kulturali. Din is-sena, 83 għaqda differenti bbenefikaw mill-għotjiet imqassma mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex.
F'diskors li għamlet, il-Ministru Debono wriet l-apprezzament tagħha lejn il-ħafna membri ta' l-għaqdiet Għawdxin li b'mod volontarju jagħtu ħafna mir-riżorsi tagħhom għall-benefiċċju tas-soċjeta`. "Il-Ministeru għal Għawdex jemmen bis-sħiħ fil-potenzjal tagħkom l-Għaqdiet Non-Governattivi. Kien għalhekk li inqas minn sena ilu inawgurajna l-ftuħ ta' dan iċ-Ċentru, attrezzat kif tassew jixirqilkom, għall-użu tagħkom. U huwa għalhekk ukoll illi minn sena għall-oħra l-Ministeru għal Għawdex jagħtikom għajnuna ta' natura finanzjarja u permezz ta' ħaddiema, sabiex l-għaqdiet tagħkom ikunu jistgħu jissoktaw fil-ħidma fejjieda li s-soċjeta` Għawdxija tant għandha bżonn".
Il-Ministru Debono ħabbret li fil-'imgħat li 'ejjin ser ji'i mwaqqaf uffiċċjalment il-Kunsill għall-Volontarjat għal Għawdex illi għandu ji'bor fi ħdanu rappreżentanza ta' għaqdiet volontarji Għawdxin sabiex il-ħidma fil-qasam tal-volontarjat ti'i kkonsolidata.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN