L-UZU TA' DEBIT CARDS MIN-NUTARA F'DIPARTIMENTI TAL-GVERN
Il-Ministeru ta' l-Intern jirreferi ghall-ftehim li sar bejn bank lokali u l-Kunsill Notarili, li huwa l-korp li jirrapprezenta 'l fuq minn 100 nutar li jezercitaw il-professjoni taghhom f'dawn il-gzejjer. Dan il-ftehim, finanzjat mill-Gvern, johloq diversi beneficcji lin-Nutara.
Fost l-ohrajn, permezz ta' dan il-ftehim, in-Nutara ser ikollhom il-facilita` li jhallsu ghal certu servizzi moghtija mir-Registru Pubbliku u mir-Registru ta' l-Artijiet, permezz ta' debit card mahruga ghal ta' l-apposta. Dan is-servizz qed jinghata lin-Nutara bla hlas.
Wiehed mill-vantaggi ewlenin ta' din is-sistema huwa illi jitnaqqas, b'mod drastiku, l-uzu tal-flus kontanti u cheques ghall-hlas ta' servizzi kemm fl-ufficcji ta' Malta kif ukoll f'dawk ta' Ghawdex.
Huwa ttamat illi din l-inizjattiva unika tkompli tinfirex, mhux biss ghax dan kollu huwa fid-direzzjoni t-tajba lejn l-implimentazzjoni ta' l-e-government, imma wkoll ghaliex l-uzu tal-"plastic money" izid l-efficjenza u jgib sigurta` akbar fuq il-postijiet tax-xoghol, ghall-beneficcju ta` l-istess haddiema billi jitnaqqas l-uzu ta' flus kontanti.
Ghalhekk, il-Ministeru ta' l-Intern, flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi, li ghen sabiex dan il-ftehim jibda jsehh, jawgura li aktar servizzi jidhlu f'din l-iskema. Fil-fatt, waqt li l-Gvern huwa dejjem miftuh ghal inizjattivi simili li jistghu jittiehdu mis-settur privat u/jew korpi kostitwiti, diga` hemm il-hsieb li jekk dan il-progett pilota jirnexxi, fost l-ewwel servizz li jistghu jizdiedu hemm dak ghal l-access ta' diversi tipi ta` informazzjoni mizmuma fl-istess Registri u dipartimenti ohra fi hdan il-Ministeru ta' l-Intern, u possibilment anke l-hlas tal-bolli li jsir mill-istess notarjat.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN