STQARRIJA MID-DIVIZJONI TA? L-EDUKAZZJONI
Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tixtieq tagħti l-fatti dwar ilment fl-iskola Primarja ta' Raħal Ġdid, li wassal għal protesta mill-'enituri.
Fit-30 ta' Jannar, il-Kap ta' l-iSkola 'iet infurmata li kien instab xi ħmie' tal-'rieden f'żew' klassijiet. Hija infurmat lil-Uffiċjal Mediku tad-Diviżjoni, li minn naħa tiegħu talab l-għajnuna tar-Rodent Section tad-Dipartiment tal-Ambjent. Is-servizz ingħata fil-pront u s-sitwazzjoni giet kontrollata.
Fis-7 ta' Frar, il-Kap tal-iSkola infurmat separatament lill-Uffiċjal Edukattiv inkarigat mis-Saħħa u Sigurta', li kien hemm suspett li l-'rieden setgħu kienu 'ew jew minn xi kaptelli miksura fil-bitħa, jew b'riżultat ta' ħajt li kien twaqqa' biex isiru xogħlijiet magħtul is-sajf li għadda u għadu ma ttellax minħabba xi kwistjonijiet mal-kuntrattur. Sfortunatament, kien hemm min abbuża mis-sitwazzjoni u beda jitfa' l-iskart fil-parti ta' fejn hemm dan il-ħajt imwaqqa' – liema skart jista' jattira l-'rieden.
L-uffiċjal konċernat kien qed jieħu passi sabiex jissewwew il-kaptelli u l-ħajt, meta, fid-9 ta' Frar, il-Kunsill Lokali offra li jagħmel it-tiswija tal-kaptelli hu. Il-Kap tal-iSkola aċċettat u llum ix-xogħol fuq il-kaptelli sar. Ix-xogħol fuq il-ħajt ser jibda nhar it-Tnejn, 12 ta' Frar u mistenni jitlesta f'qasir żmien.
Għalkemm hu importanti li wieħed isemma leħnu, mhux ta' 'id, la għall-iskola u wisq aktar għat-tfal li jattenduha, li ikun hemm sensazzjonaliżmu. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tixtieq isserraħ moħħ il-'enituri li s-sitwazzjoni qed tkun segwita mill-uffiċjali responsabbli biex it-tfal ma jkunu esposti għal ebda periklu.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN