Left arrow Mur Lura

DISKORS TA? L-ONOR. MICHAEL REFALO, MINISTRU GHAT-TURIZMU F?GHELUQ TAS-SEMINAR DWAR IL-GASTRONOMIJA ORGANIZZAT MILL-MTA - SALA LA VALETTE, DAR IL-MEDITERRAN GHALL-KONFERENZI

pr0169
Date Icon 09/02/2001

Wiehed mill-ewwel brochures li ppubblikat l-NTOM kien dak dwar il-kcina Maltija u l-ikel Malti. L-enfasi, li issa, ghaxar snin wara, qed isir mill-Awtorita' fuq aspett li jirkacca d-differenzi bejn Malta u l-kompetituri taghna fid-dinja tat-turizmu huwa f'waqqtu hafna wkoll.

M'ghandix dubju li Malta jisthoqqilha tibqa' tidher fil-programmi tat-tour-operators il-kbar. Izda daqstant ukoll konvint li fic-cirkostanzi tallum biex postna fil-brochures nizgurawh irridu nkunu ahna stess li nikkonvincu lill-operaturi "mega" bir-rilevanza u s-siwi tal-prodott taghna.

Sa ftit snin ilu post Malta kien assigurat ghax l-operaturi fittxew dejjem jirbhu sehem akbar mis-suq, izda llum, meta qed jilhqu dan l-ghan billi jixtru lill-istess kompetituri taghhom, hu l-mottiv ghall-profitt akbar li jiddetta l-istrategija taghhom.

Hu ghalhekk li qed jikkoncentraw fejn l-aktar jistghu jibghatu turisti. Fejn l-aktar ghandhom exposure f'investiment, fejn l-aktar jiksbu qliegh bil-volum ta' klijenti u xoghol. Meta paragunati ma' destinazzjonijiet akbar bhal Spanja, Grecja, it-Turkija u Franza din l-istrategija tqeghedna fi zvantagg. Malta ghalhekk, trid tissielet aktar biex izzomm postha u trid taghti prova lill-operaturi li jaqblilhom jinkluduha fil-portfolio taghhom.

Izda fid-dinja tat-turizmu jezistu wkoll l-operaturi mdaqqsin, l-operaturi zghar u l-operaturi li jispeccjalizzaw f'nicec tas-suq li l-imghoddi ta prova li Malta kapaci tindokrahom u taqdihom. Konvint li hidma u attenzjoni akbar nistghu nizviluppaw dawn in-nicec u ngawdu izjed minnhom.

Biex naghmlu dan tinhtieg enfasi akbar fuq dak kollu li jaghmilha pozittivament differenti minn haddiehor. L-inizjattiva tallum tinkwadra ruhha fil-muzajk li l-Awtorita' qed tfassal fil-qafas tal-politika tal-Gvern, li nirripozizzjonaw lill-Malta, li naggustaw il-prodott li noffru internazzjonalment, u dan b'mod li naslu f'dak il-post li l-aktar jaqblilna fix-xenarju tallum.

L-istess cokon tal-Gzejjer taghna u l-fatt li t-turisti jghixu fl-istess ambjenti mal-poplu Malti jaghmluna differenti minn haddiehor. L-istess storja, il-kultura, l-arkitettura, l-arti, it-tradizzjonijiet u d-drawwiet taghna, l-ambjent u l-kampanja Maltija, ghandhom dik ix-xi haga differenti minn dawk ta' bnadi ohra.

Ghajb biss li matul is-sekli m'gharafniex nghaddu minn generazzjoni ghal ohra dak kollu li hu sabih, dak kollu li hu uniku, dak kollu li tassew jaghmel lill-Malta u jaghmel lill-Maltin differenti minn haddiehor.

Fi ftit kliem dak kollu li jsawwar l-identita' Maltija. Kemm l-ilbies u l-ghonienel tal-klassi medja li tghallmet il-Latin u t-Taljan qabel il-Malti kif ukoll it-terha u l-qorq tal-bidwi bla skola izda b'sengha li zammet poplu sostnut mill-prodott ta' art fqira u umli.

Tradizzjonijiet u drawwiet, fosthom dawk li gejjin mis-snajja' tal-bahri u tas-sajjied, mill-ghalqa tal-bidwi u tar-rahhal, mix-xemx tizreg u l-qtar tax-xita, mill-hajja ta' kuljum tal-poplu Malti.

Hekk ukoll it-tisjir, il-kcina Maltija, il-vera kcina, awtentika Maltija, mzejjna bl-umilta' u bis-semplicita' taghha. Min jipprova jlibbes il-kcina Maltija bic-cfuf u bil-frilli jiznaturaha.

Min kapaci juza' w izomm l-ingredjenti originali, kapaci wkoll, skond kif titlob is-sengha, jaghti dehra isbah lill-platt minghajr ma jibdel it-toghmiet.

Kapaci jigbed il-klijenti b'oggett genwin b'gheruq fit-tradizzjonijiet ta' art twelidna. Hafna mit-turisti li jzuruna jfittxu l-ikel Malti u s-sidien tal-ftit ristoranti li tassew jispecjalizzaw fil-kcina Maltija jghidulek dwar l-interess ta', per ezempju, il-Germanizi, l-Olandizi u l-Iskandinavi li mhux biss iduqu l-ikel Malti, izda li jsiru jafu aktar dwaru.

Daqskemm jaghmlu gid ghat-turizmu u ghalihom innifishom dawk li tassew iservu l-ikel Malti, ukoll skond ir-ricetta tan-Nanna, daqshekk iehor jaghmlu hsara, mhux l-inqas lilhom innifishom, dawk li jipprezentaw platti ghat-taparsi genwini ghax jahsbu li t-turist tista' tahtaflu u tghaddih biz-zmien. Min jimxi b'dan il-mod ma jkunx qed jara izjed 'l boghod minn imniehru.

Bhal f'kull qasam iehor tat-turizmu, hawnhekk ukoll l-industrija titlob u ghandha bzonn l-ghajnuna u l-appogg ta' setturi ohra. Propju kif dawn jistghu jespandu u jistaghnew b'hidma aktar mill-qrib mat-turizmu. Ghax ghalxejn tfittex ingredjenti tipici u etnici jekk il-bdiewa u r-rahhala ma jkabbruhomx u ma jrabbuhomx. Ikunux frott, jew hxejjex, ikunux annimali jew tjur, lanqas tista' tistenna lil min jidhol fl-ghama ghal dan in-negozju minghajr ma jaf jekk isibx min lest jixtri dak li jipproduci u jrabbi.

U hawn fejn jidhol il-Gvern u l-agenziji tieghu. Il-Parlament ghadu kemm approva l-Business Promotion Act, att li taghti l-jedd sew lill-Ministru responsabbli mill-Industrija, kif ukoll dawk responsabbli mit-Turizmu, il-Biedja u s-Sajd, li johorgu skemi u programmi ta' incentivi.

Nahseb li dan hu precizament il-mument li jitfasslu skemi biex dak li donnu jaqbel mieghu kulhadd, li kulhadd jidhirlu li hu tajjeb, ninkoragguh u nvarawh. Diga' fir-rapport li hejja l-Ministeru dwar l-incentivi hemm proposta li jigu mghejjuna ristoranti li jispecjalizzaw fl-ikel Malti.

Bi hsiebni nistharreg ma' siehbi l-Ministru Zammit biex nara kif nistghu nizguraw, ukoll ghall-ewwel b'xi incentiv, kif min lest jispecjalizza fil-kcina Maltija jkun jista' jsib l-ingredjenti li titlob dik l-ispecjalizzazzjoni.

L-istess ukoll, u dwar dan diga' tkellimt mad-Direttur Generali tal-ITS, importanti ukoll li Istitut li tant harrgilna hafna chefs godda u eccellenti, li jaghmlulna unur kull fejn u meta jikkompetu, ifassal module precizament fuq il-kcina u r-ricetti tipikament Maltin. Ricetti li jixhdu d-drawwiet u l-hwawar ta' Malta, jixhdu l-istess storja u l-influwenzi li pajjizna assorba b'kuntatt mal-popli kollha li hakmuna matul is-sekli.

Is-settur stess, l-aktar per mezz taz-zewg ghaqdiet tat-tisjir li wkoll iwettqu hidma qawwija favur il-gastronomija b'gari internazzjonali organizzati tajjeb, ghandhom posthom ukoll f'din l-intrapriza. Forsi nhajjruhom biex flimkien mal-ITS jorganizzaw gari dwar l-ikel Malti ?

Kif bdejt bl-istorja tar-ricetta tan-Nanna nghalaq bil-parir tan-Nanna biex iz-zwieg tan-neputija jkun success. "Indokralu zaqqu". Ghax tassew, bhal fiz-zwieg, l-ikel tajjeb u bnin jikkontribwixxi hafna ghas-success u s-sodisfazzjon tal-klijenti tul il-btala tieghu fostna. Parir tan-Nanna li jiswa wkoll lill-lukandiera u ristorantiera ta' Malta u Ghawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow