STQARRIJA TA? L-ONOR AUSTIN GATT, MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U GVERN LOKALI
Reazzjoni tal-Gvern għall-istqarrijiet tal-Kap ta' l-Oppożizzjoni qabel l-Elezzjonijiet Lokali
Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni tenna dik li sejjaħ sfida lill-Gvern li Kunsilli Lokali Nazzjonalisti ma jdaħħlux taxxi 'odda. Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni missu jaf li dan biss kliem fil-vojt.
Il-Li'i tal-Kunsilli Lokali ma tħallix Kunsilli jdaħħlu taxxi lanqas jekk iridu, lanqas jekk ikunu Nazzjonalisti. M'hemm l-ebda sfida x'tintlaqa' mill-Kap ta' l-Oppożizzjoni. Hemm biss il-bżonn li l-Kap ta' l-Oppożizzjoni u l-kandidati Laburisti għall-Kunsilli Lokali jifhmu x'tippermetti u x'ma tippermettix il-li'i.
Il-Kunsilli Lokali jistgħu iżda jdaħħlu bye-laws fejn iniżżlu prezzijiet għal servizzi li jipprovdu bħal korsijiet tal-kompjuter jew tal-lingwi, riklamar fuq l-għamara tat-toroq jew fuq l-Internet, biljetti biex wieħed jidħol f'xi mużew li rama' l-Kunsill, jew biex il-Kunsill jipprovdi skip waqt li jkun qed isir xi xogħol. Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni donnu jqis li dawn huma taxxi. Imma allura m'humiex il-Kunsilli Lokali Nazzjonalisti biss li huma ħatja li daħħlu t-taxxi.
Matul is-sena 2000 biss, ħames Kunsilli Laburisti daħħlu bejniethom disa' bye-laws 'odda b'dawn l-hekk imsejjħa taxxi. Il-Kunsill taż-Żurrieq daħħal "taxxa" fuq ir-riklamar fuq l-għamara tat-toroq; "taxxa" fuq ir-riklamar fuq l-Internet; "taxxa" fuq l-iskips; u "taxxa" fuq min jidħol il-mużew li hemm mal-Mitħna tax-Xarolla. Hemm "taxxi" Laburisti fuq l-għamara tat-toroq f'Marsaskala, fiż-Żejtun u fil-Marsa. Il-Marsa għandha "taxxa" wkoll fuq min juża l-art pubblika, u '?aż Żabbar għandu "taxxa" fuq il-korsijiet li jipprovdi.
Jekk għall-Kap ta' l-Oppożizzjoni dawn huma taxxi x'ser jagħmel? Ser issa j'iegħel lill-Kunsilli Laburisti jneħħu dawn il-bye-laws?
Il-Kap ta' l-Oppożizzjoni l-bieraħ feraħ lill-Kunsill Laburista ta' '?ad Dingli għax dan neħħa l-Gwardjani Lokali mil-lokalita`. Il-Kunsill qal li ħa din id-deċiżjoni għax is-sena li għaddiet il-Gwardjani swewlu Lm2,000 u li '?ad Dingli hu raħal kwiet mingħajr wisq kontravenżjonijiet tat-traffiku. Veru li '?ad Dingli hu raħal kwiet, imma veru wkoll li bejn Marzu 2000 u Jannar 2001 il-Gwardjani ħar'u 88 ċitazzjoni f''?ad Dingli.
Hu fatt magħruf li ħafna jmorru '?ad Dingli biex illegalment jarmu ż-żibel tagħhom fil-kampanja. Matul iż-żmien li kienu hemm il-Gwardjani qagħdu għassa mat-toroq ta' madwar '?ad Dingli, u d-Dinglin jikkonfermaw li naqas r-rimi ta' l-iskart abbużiv fit-toroq u l-kampanja tagħhom. Hu stramb li l-Kunsill Dingli jara Lm2,000 f'din l-għassa bħala prezz minfuq ħażin, meta nefaq Lm3,200 s-sena li għaddiet f'riċevimenti u spejjeż ta' hospitality.
L-infurzar tal-li'i m'hux għażla. '?al ra'unijiet popolisti l-Kunsillieri Laburisti ta' '?ad Dingli qed jabdikaw mir-responsabbilta` li ngħatatilhom biex fir-raħal tagħhom tkun infurzata l-li'i. Il-Gvern hu impenjat li jwaqqaf ir-rimi abbużiv ta' skart fil-kampanja. Ser ikollu għalhekk jgħaddi din ir-responsabbilta` lil ħaddieħor.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN