DISKORS MILL-ONOR EDDIE FENECH ADAMI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAZJONI TAL-KONFERENZA TA? L-UNION HADDIEMA MAGHQUDIN "MALTA FL-EWROPA B?IMPENN SOCJALI"
Nixtieq qabel kollox nirringrazzja lill-Union haddiema Maghqudin ta' din l-opportunit'? li naqsam maghkom, u mal-bqija ta' l-imsiehba socjali prezenti, il-hsibijiet tieghi dwar it-tema ta' illum f'mument importanti fl-izvilupp politiku, ekonomiku u socjali ta' pajjizna.
Mhuwiex biss mument storiku ghaliex Malta qed tipprepara bis-shih biex tissieheb fl-Unjoni Ewropea, izda wkoll ghaliex illum, aktar minn qatt qabel, pajjizna qed jghix l-esperjenza tal-globalizzazzjoni, l-avvanzi kbar fit-teknologija u bidliet demografici. Ghaldaqstant, qed ikollu jaffaccja l-isfidi li dawn il-fenomeni u ohrajn igibu maghhom.
L-ishubija fl-Unjoni Ewropea ghadha tista' titqies bhala ghazla li l-poplu Malti, fl-aqwa espressjoni ta' sovranit'?, ghad irid jaghti l-verdett tieghu fuqha f'referendum. Il-globalizzazzjoni u l-effetti taghha, fosthom ir-ristrutturazzjoni, il-kompetittivit'?, u t-tishih ta' l-efficjenza ekonomika, mhumiex ghazla.
Dawn huma realtajiet li kull pajjiz b'saqajh ma' l-art, u b'responsabilt'? kbira, irid jaccetta, jifhem u jitghallem jadatta ghalihom. L-ghazla li kull pajjiz ghandu quddiemu ghalhekk qieghda biss fuq kif tinstab l-ahjar triq biex dawn l-isfidi ma jnisslux biss bezghat fost il-popli, izda jsarrfu f'opportunitajiet u beneficcji ghal kulhadd, minghajr hadd ma jibqa' lura. Hawnhekk kulhadd jista' jfassal skond il-kejl tieghu.
Huwa propju fuq dan li xtaqt niffoka llum. Fl-isfond ta' dawn l-isfidi kbar, li jitolbu impenn ekonomiku qawwi, kemm minn dawk il-pajjizi li jifilhu, u kemm minn ohrajn aktar dghajfa, forsi wiehed jista' gustament jiddubita xi spazju jifdal ghall-impenn socjali. F'dinja fejn il-forzi ekonomici kollha huma xprunati minn girja sfrenata lejn il-kompetittivit'?, hemm periklu li d-dimensjoni socjali ma tinghatax l-importanza li tixirqilha. U dak li suppost huwa progress ekonomiku jissarraf minflok f'dizastru socjali.
Anki f'Malta, din id-diska saret antika. U minghajr tlaqliq nghid illi saret tindaqq l-aktar kull meta tizzeffen l-Unjoni Ewropea u s-shubija ta' Malta fiha. Donnha l-globalizzazzjoni hija xi invenzjoni Ewropea, u r-ristrutturazzjoni xi ricetta li holmu biha xi erba' idealisti Ewropej, wara t-tifrik taz-zewg gwerer dinjija.
Wiehed irid jammetti, izda, illi kull bidla tnissel biza' specjalment meta l-bidliet ikunu ta' dimensjoni kbira. Il-periklu illi l-agenda ekonomika tohnoq dik socjali jezisti wkoll. Huwa fatt maghruf, per ezempju, kemm il-mudell ekonomiku Amerikan issarraf f'rata ta' impjiegi oghla minn dik f'pajjizi ohra - hamsa u sebghin fil-mija meta mqabbel mat-tnejn u sittin fil-mija fl-Unjoni Ewropea. Izda daqstant iehor holoq diversi kategoriji ta' vittmi socjali - hdax-il miljun ruh bla saqaf fuq rashom. Ilkoll naqblu illi dan mhuwiex il-mudell li wiehed jammira, u wisq inqas li jixtieq jikkopja, anki jekk it-tkabbir ekonomiku f'dan il-kontinent kien l-ghira ta' hafna pajjizi.
Izda, fil-kontinent Ewropew il-mudell Amerikan ma jregix, mhux biss ghaliex fl-Ewropa hemm attitudnijiet u kulturi differenti f'dak li huwa impenn jew gustizzja socjali, izda ghax fl-Ewropa, bhal f'Malta, is-sisien tas-socjet'? dejjem kienu mibnija fuq ir-rabta intima bejn l-ekonomija, ix-xoghol u l-valuri socjali.
Fi kliem iehor, dejjem kien hemm l-gharfien illi politika socjali hazina tissarraf f'politika ekonomika hazina.
Mhux biss, mela, jehtieg li jithalla spazju ghall-impenn socjali minn naha tal-Gvern u ta' l-imsiehba socjali, imma jehtieg li jsir sforz konxju u sostnut minn kull parti involuta, biex dan l-impenn ikun konsolidat b'tali mod li l-imsiehba socjali ikunu huma l-protagonisti fil-process tal-bidla.
Izda min-naha l-ohra jehtieg nirrealizzaw illi mhux biss qed naffaccjaw ekonomija gdida. Is-socjet'? taghna ta' llum inbidlet ukoll minn dik ta' erbghin sena ilu. In-nies illum jahdmu, jghixu u jikkonsmaw affarijiet u servizzi differenti. U ghalhekk jistennew illi l-mexxejja taghhom ifasslu politika socjali u ekonomika gdida, sabiex mhux biss ikunu jistghu jisfruttaw l-opportunitajiet godda ta' llum, imma wkoll sabiex jistghu jigu meghluba d-diffikultajiet u l-isfidi godda li toffrilhom is-socjet'?.
Jippretendu l-modernizzazzjoni tas-swieq tax-xoghol. Jippretendu aktar flessibilt'? fix-xoghol sabiex ikunu jistghu jirrikonciljaw ahjar il-familja mal-karriera. Jippretendu aktar investiment fir-rizors uman. Jippretendu tahrig kontinwu. Jippretendu aktar sahha u sigurt'? fuq il-post tax-xoghol. Jippretendu aktar partecipazzjoni u konsultazzjoni minn min ihaddimhom. Jippretendu socjet'? aktar inklussiva. Jippretendu bilanc ahjar bejn il-kompetittivit'? ta' l-intrapriza, u s-sigurt'? ta' xogholhom. Jippretendu wkoll djalogu socjali ahjar bejn il-unions u min ihaddem. Jippretendu illi l-imsiehba socjali ma jkunux huma l-kagun ta' l-istagnar jew izolament ekonomiku - ghax tabilhaqq dan ikun l-akbar katastrofu socjali li jista' jsofri l-haddiem.
Il-bidla ghalhekk mhijiex ghazla. Izda lanqas hija xi ewfemizmu ghac-cahda tal-kuxjenza socjali. Il-bidla tehtieg li titmexxa tajjeb, a bazi ta' impenn u shubija soda u strutturata bejn il-Gvern u l-partijiet socjali kollha. L-isfidi tal-bidla nistghu nwiegbu ghalihom bis-sehem proattiv u kollettiv taghna, minghajr l-ebda kompromessi.
Dan il-mudell ta' shubija socjali mhuwiex wiehed gdid ghal Malta. F'dawn l-ahhar snin, izda, sar mhux biss aktar mifrux, imma nghata dimensjoni makro-ekonomika. Dan specjalment permezz tal-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku, li dalwaqt se jigi kkonsolidat f'legislazzjoni gdida u mghammed bhala l-Kunsill Malti ghall-Izvulipp Ekonomiku u Socjali.
L-esperiment ta' konsultazzjoni estensiv li sar s-sena l-ohra fil-perjodu tat-tfassil tal-Budget, bla dubju kien wiehed li rnexxa, tant illi l-Gvern impenja ruhu li dan il-process isir wiehed permanenti. Is-siehba socjali kienu wkoll il-protagonisti fit-tibdil mistenni fil-ligijiet li jirregolaw l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali.
Il-process innifsu ghall-ishubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea huwa wkoll xhieda ta' dan l-impenn minn naha tal-Gvern biex dan il-patt socjali jissahhah u jsir dejjem aktar reali. Issa jmiss li nkomplu nibnu fuq dawn il-mudelli, biex inkattru s-success ekonomiku u socjali l-ewwel u qabel kollox f'pajjizna.
Izda issa l-impenn taghna, bhala poplu u bhala imsiehba socjali, huwa li nharsu lil hinn minn xtutna sabiex il-kisbiet socjali u ekonomici li ghamilna f'pajjizna jkunu konsolidati u jsiru parti integrali ta' dinja li kuljum qed issir aktar globalizzata. Fid-dinja ta' llum mhuwiex bizzejjed li tindokra d-dimensjoni socjali fit-territorju tieghek. L-isfidi huma hafna aktar usa' minn hekk.
L-Unjoni Ewropea toffrilna l-qafas kif ukoll l-ambjent ideali biex inwettqu dan. Hija opportunit'? biex naqsmu l-esperjenzi, il-perspettiva, u d-dimensjoni Maltija tax-xoghol, tan-negozju, tat-trade unions, u ta' l-aspettattivi tas-socjeta' taghna ma' haddiehor. Hija wkoll mezz kif l-imsiehba socjali taghna jaghtu sehemhom u jinfluwenzaw id-decizjonijiet li llum jew ghada se jhallu l-impatt taghhom fuq il-fibra socjali taghna.
Izda l-isfidi tal-globalizzazzjoni u tat-teknologija moderna mhumiex ir-ragunijiet principali ghaliex il-Gvern li mmexxi jiena qabad ir-rotta lejn shubija fl-Unjoni Ewropea. Ghamilna din l-ghazla ghaliex nemmnu illi l-Unjoni Ewropea kien esperiment li rnexxa, u li tul dawn l-ahhar erbghin sena mill-ezistenza tieghu ta prova ta' kemm jistghu isiru kisbiet ghal kull individwu jekk il-progress ekonomiku u s-solidarjet'? socjali jimxu id f'id.
Kisbiet li jissarfu f'livell ta' hajja ahjar u drittijiet akbar ghal kull wiehed u wahda minna, minghajr l-ebda diskriminazzjoni.
Jiena konvint illi dawn il-valuri kienu, ghadhom u jibqghu ghal qalb il-poplu Malti. It-tishih tar-rwol ta' l-imsiehba socjali biex ikattru u jsahhu l-impenn socjali f'pajjizna u fl-Ewropa ghad ghandu hafna fejn jimrah - galadarba lkoll nifhmu illi dan huwa process ta' bidla inevitabbli u mhux kamp ta' battalja.
Grazzi hafna.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN