STQARRIJA MILL-MINISTERU TA? L-EDUKAZZJONI DWAR L-ISKOLA PRIMARJA TA? BORMLA
L-edukazzjoni f'pajjizna tinsab ghaddejja minn process dinamiku ta' bidla biex ulied il-poplu jigu mhejjija jiehdu sehem attiv fid-dinja tax-xoghol tal-lum. Il-Gvern qed iwettaq sensiela ta' mizuri b'investiment ta' miljuni ta' liri biex dan l-iskop jintlahaq. Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni ha diversi inizjattivi f'dawn is-sentejn li bil-fatti jahsbu ghal hajja gdida fl-edukazzjoni. Huwa l-istess Kelliem Ewlieni ta' l-Oppozizzjoni ghall-Edukazzjoni, l-Onor. Evarist Bartolo, li jishaq kemm it-tibdil fl-edukazzjoni jehtieg li isir bil-galbu u b'mod gradwali.
Fir-rigward ta' l-iskola primarja ta' Bormla l-Ministru ta' l-Edukazzjoni ha interess specjali, mhux biss bi zjarat diversi li l-Ministru Louis Galea ghamel bla ebda daqq ta' trombi, daqskemm bl-appogg specjali li din l-iskola qed tinghata.
Matul il-vaganzi tal-Milied, saru numru ta' xoghlijiet strutturali bhal xoghol fuq il-kolonni tal-faccata, tiswija tas-saqaf tat-tromba u xoghol iehor.
Saru laqghat ma' ufficjali gholja fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni sabiex jibda jinghata servizz psiko-socjali fl-iskola stess. Qed jigi iffurmat tim multi-dixxiplinarju maghmul minn: Social Worker li se toffri s-servizz taghha jumejn shah fil-gimgha; psikologa li se tahdem fl-iskola jum fil-gimgha, u Art Therapist li se tahdem mat-tfal jum fil-gimgha wkoll. Dan it-tim se jahdem id f'id ma' professjonisti minn agenziji u Dipartimenti ohra li diga' qed jahdmu Bormla.
Tfasslet proposta dwar kif jista' jittejjeb il-programm edukattiv gewwa l-iskola. Din il-proposta qed tigi diskussa mad-Direttur tal-Kurrikulu u mal-Kap ta' l-iskola. Malli jissawwar pjan li jigbor fih il-hsibijiet ta' dawn l-Ufficjali, jibda l-process ta' twettiq tieghu.
L-iskola ta' Bormla se tkun wahda mill-ghaxar skejjel li se jintghazlu fejn se jibda l-programm ‘}ilti' wara l-hin ta' l-iskola. Dan se jitwettaq mill-Istitut ghall-Appogg Edukattiv ghal Tfal u {enituri.
Fil-15 ta' Dicembru, il-Ministru waqqaf Task Force biex:
ihejji pjan ghat-twettiq ta' xoghlijiet strutturali li ghandhom isiru sa' Settembru 2001;
jistudja l-alternattiva li tinbena skola gdida;
jara x'effetti jista' jkollu l-pjan tal-Kumitat Ghar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera fuq l-iskola;
ifassal pjan ghat-titjib tas-servizzi psiko-socjali u tal-programm edukattiv fl-iskola.
Fid-29 ta' Jannar, is-Sindku ta' Bormla, is-Sur Paul Muscat, kiteb ittra lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni fejn wassal, f'ismu u f'isem shabu l-Kunsillieri, " r-ringrazzjament taghna lkoll ghax-xoghol li twettaq fl-Iskola Primarja taghna. Dan ix-xoghol li weghdtna li ser isir fil-vaganzi tal-Milied twettaq u ninsabu konvinti li x-xoghol li weghdtna li ser isir fil-vaganzi tas-Sajf isir ukoll ".
Il-Ministru Louis Galea jrid irodd hajr lill-Kap, ghalliema u haddiema ta' l-iskola kif ukoll lis-Sindku u l-Kunsill Lokali ta' Bormla ta' l-interess u l-appogg li qed jaghtu f'dawn l-inizjattivi.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN