Left arrow Go Back

IFFIRMAT FTEHIM BEJN IL-GVERN U L-MALTA UNION OF TEACHERS

pr0156
Date Icon 07/02/2001

Dalghodu gie ffirmat il-ftehim bejn il-Gvern u l-Malta Union of Teachers, li permezz tieghu se jittiehdu mizuri biex tkun fa`ilitata l-implimentazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali. Ser jinholoq spazju usa' biex l-ghalliema jiehdu aktar sehem dirett fl-izvilupp professjonali taghhom infushom, tal-kurrikulu u ta' l-iskola. Il-mira ta' dawn l-inizjattivi hi titjib fil-kwalita' tat-taghlim u ta' l-edukazzjoni ta' l-istudenti fl-iskejjel. Il-ftehim johloq bazi soda ghal aktar zviluppi fil-gejjieni. Fl-istess hin, l-ghalliema se jgawdu minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xoghol flimkien ma' benefi``ji ohra.

Fost il-punti saljenti ta' dan il-ftehim, wiehed jista' jsemmi li ser tidhol kategorija gdida ta' ghalliema fl-Iskejjel Primarji bl-isem ta' Activity Teachers. Permezz ta' l-Activity Teachers, ser tinghata spinta lill-kreattivita' ta' l-istudenti fl-oqsma ta' l-arti, il-craft, l-edukazzjoni fizika, il-muzika u attivitajiet ohra relatati mal-kurrikulu. B'hekk, l-istudenti jinghataw l-opportunita' li jizviluppaw il-kapa`itajiet u l-personalita' taghhom waqt li tinghata hajja aktar attiva lill-kurrikulu. L-ingagg ta' l-Activity Teachers ser iwassal sabiex l-ghalliema fl-iskejjel primarji jibda jkollhom hin biex jiltaqghu flimkien, jippjanaw u jikkollaboraw fl-implimentazzjoni tal-kurrikulu l-gdid.

L-Activity Teachers godda se jaghtu s-servizz taghhom ukoll wara l-hin ta' l-iskola lill-Istitut ghall-Appogg tat-Taghlim lill-Istudenti u lill-{enituri. Dan l-Istitut gdid ghandu l-iskop li jaghti lill-istudenti u lill-genituri taghhom l-appogg mehtieg biex l-istudenti jkunu jistghu jlahhqu mat-taghlim fl-iskola.

L-ghalliema se jkollhom sessjonijiet ta' tahrig u ppjanar b'mod regolari matul is-sena kollha. Se tinholoq ukoll pozizzjoni ta' Ghalliema Ko-ordinaturi fil-livelli edukattivi differenti biex jiffa`ilitaw zvilupp shih u kontinwu tal-kurrikulu. F'din il-hidma se jaghtu sehemhom ghalliema b'esperjenza twila fit-taghlim.

L-ghalliema se jghaddu minn skala ta' salarji ghal ohra f'anqas zmien. Barra minn hekk, huma se jkunu eligibbli biex japplikaw ghal promozzjoni aktar malajr. Din il-mizura ghandha thaffef il-pro`ess li bih jimtlew vakanzi f'pozizzjonijiet importanti.

Bhala rizultat tal-ftehim, l-ghalliema studenti li se jtemmu l-kors fl-Universita' ser jidhlu f'kamp edukattiv b'diversi inizjattivi godda. Ser ikun assikurat li l-ingagg fil-korp ta' l-ghalliema jibqa' kollu kemm hu professjonali. Dan l-izvilupp importanti intlahaq ghall-ewwel darba fl-istorja ta' l-edukazzjoni f'Malta din is-sena.

Il-bidliet miftehma jaqblu mal-bidliet mistennija mill-Kumitat ta' Tmexxija tal-Kurrikulu Nazzjonali kif ukoll mill-Focus Groups li ser jitwaqqfu mill-Ministeru ta' l-Edukazzjoni biex ifasslu pjani dettaljati ghall-implimentazzoni tal-Kurrikulu Nazzjonali.

Il-Gvern ihoss li ser jinvesti rizorsi umani u finanzjarji sostanzjali biex isir zvilupp qawwi fil-qasam edukattiv. Il-Gvern jemmen li dan il-ftehim ghandu jwassal ghal aktar kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet edukattivi u l-Malta Union of Teachers. Dan il-ftehim ghandu jawgura tajjeb ghall-gejjieni ta' l-edukazzjoni f'pajjizna.

Il-Gvern hu fidu`juz li l-ghalliem, bl-appogg ukoll tal-genituri, se jaghtu sehem shih u impenn professjonali qawwi f'dawn l-izviluppi importanti fl-ahjar interess tat-taghlim, ta' l-edukazzjoni u l-izvilupp ta' l-istudenti.

L-ezamijiet ta' nofs is-sena fl-iskejjel ta' l-Istat mistennija jibdew minn

nhar il-Hamis, 8 ta' Marzu, fil-Junior Lyceums,

nhar il-Gimgha, 9 ta' Marzu, fl-Iskejjel Sekondarji,

nhar it-Tnejn, 12 ta' Marzu, fl-Iskejjel Primarji.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow