Left arrow Mur Lura

IL-CARPARK TA' MOYNIHAN HOUSE HUWA FL-INTERESS ANKI TAR-RESIDENTI TA' PEMBROKE

pr0147
Date Icon 05/02/2001

B'referenza ghall-istqarrija li harget l-Assocjazzjoni tar-Residenti ta' Pembroke rigward il-proposta ta' multi-storey carpark minflok Moynihan House fil-Bajja ta' San Gorg, il-Ministeri ghall-Ambjent u ta' l-Intern ma jifhmux ghal-liema raguni l-Assoccjazzjoni tar-Residenti ta' Pembroke qed tallarma lir-residenti fuq din il-proposta posittiva anki ghall-istess residenti.

Ta' min jispjega li d-Dipartiment ta' l-Artijiet applika ghal dan il-carpark tmien xhur ilu, proprju wara li l-Awtorita ta' l-Ippjanar fl-abbozz tal-Pjan Lokali ghall-Portijiet tat-Tramuntana (North Harbours Local Plan - NHLP) fil-proposta NHPV 03 indikat is-sit bhala sit ideali ghal wiehed mill-carparks strategici ghall-inhawi. Hija ta' sorpriza kif waqt il-konsultazzjoni pubblika fuq dan il-Pjan Lokali, l-Assocjazzjoni ma sabetx x'tikkumenta izda qed tikkumenta issa.

Ta' min ifakkar ukoll li l-area li ser tintuza hija fil-fatt fil-parti l-kbira taghha mibnija u ghalhekk mhux xi art vergni fil-wied kif tat x'jifhem l-istqarrija ta' l-Assocjazzjoni. Madankollu wiehed jifhem li l-izvilupp ghandu jkun sensittiv ghall-istatus ambjentali ta' l-inhawi. Ghalkemm huwa minnu li r-ritratt ippubblikat fil-media nhar il-Gimgha 2 ta' Frar jaghti l-impressjoni, zbaljata, ta' fejn gej il-carpark, l-Assocjazzjoni ahjar iccekjat il-fatti qabel ma ghagglet u harget stqarrija biex tikkundanna din l-inizzjattiva posittiva.

Il-Ministeri ghall-Ambjent u ta' l-Intern ma jistghux jifhmu kif l-Assocjazzjoni qed tghid li "ser jigi ikkreat iktar traffiku fil-lokalita ta' Pembroke". L-access ghal carpark hu mahsub li jkun mill-bypass il-gdida ta' Pembroke sabiex appuntu jigi eskluz access fl-inhawi residenzjali ta' Pembroke.

Fl-ahhanett, il-Gvern jistenna li l-Assocjazzjoni ma topponiex jew tallarma bla bzonn lir-residenti ta' Pembroke, iktar u iktar ghax din il-facilita bla dubju ser tnaqqas l-ammont ta' karozzi li jipparkjaw mit-toroq residenzjali ta' Pembroke, liema ipparkjar illum huwa ta' inkonvenjenza ghar-residenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow