IL-MINISTRU GHAS-SAHHA LOUIS DEGUARA JINAWGURA BERGA TAL-GVERN GDIDA FIS-SIGGIEWI
Illum kulħadd jista' jara b'għajnejh u jmiss b'idejh ix-xogħol li qegħdin jagħmlu l-Kunsilli Lokali. M'hemm l-ebda dubju li kull lokalit'? hija aħjar milli kienet qabel meta ma kelliex Kunsill Lokali.
Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara waqt ċerimonja tal-ftuħ mill-'did tal-Ber'a tal-Gvern fis-Si''iewi fejn il-Kunsill Lokali kien responsabbli għax-xogħol ta' refurbishment tal-klinika.
Aktar ma jgħaddi ż-żmien il-Gvern qiegħed jgħaddi aktar responsabiltajiet lill-Kunsilli Lokali biex il-komunit'? tkun tista tinqeda aħjar. '?alhekk hija l-intenzjoni tal-Gvern li l-Kunsilli jidħlu fil-qasam soċjali u dak edukattiv. Il-ħidma tal-Kunsilli Lokali tissarraf fi kwalit'? ta' ħajja ahjar ghall-poplu.
"Fl-okkażjoni tal-lum" kompla jgħid il-Ministru "għandna eżempju kif inizjattiva tal-Kunsill Lokali sabet l-għajnuna tal-Gvern Ċentrali biex flimkien jaħdmu għall-'id tal-lokalit'?. Biex sar ir-refurbishment ta' din il-Ber'a, l-Kunsill talab l-għajnuna tal-Ministeru tas-Saħħa u l-Ministeru offra l-għamara u l-apparat filwaqt li l-Kunsill daħal għall-ispejjeż biex sar ix-xogħol. Il-Gvern jilqa' bil-ferħ dawn it-tip ta' inizjattivi u sa fejn hu possibli jidħol bi sħab mal-Kunsilli Lokali biex jitwettqu pro'etti ta' fejda li minnhom igawdi l-poplu.
Hekk issa is-Si''iewin se jkollhom Ber'a aktar komda li tiżgura kwalit'? fis-servizzi offruti. Bix-xogħol li sar fil-Ber'a u t-tqassim ta' l-ispazju wieħed jista' fil-futur jikkonsidra li jintroduċi servizzi 'odda. B'hekk qegħdin inkunu konsistenti mal-kunċett li nressqu s-servizzi aktar qrib il-klijent. Il-Gvern hu mpenjat li jagħti lill-poplu servizzi tas-saħħa ta' kwalit'? li jissodisfa lil min jagħmel użu minnhom. Minn stħarri' li sar riċentiment irriżulta li l-parti l-kbira tal-poplu hi sodisfatta bil-kwalit'? tas-servizzi tas-saħħa offruti miċ-Ċentri tas-Saħħa u l-Bere'."
"Il-Kunsill Lokali tas-Si''iewi b'din l-inizjattiva qiegħed jagħti wkoll is-sehem tiegħu fil-kura tas-saħħa biex il-poplu ikun moqdi aħjar" temm jgħid il-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN