GRUPP TA? ESPERTI BIEX JANALIZZAW IL-PROBLEMI TAL-PARKING
Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, Dr. Austin Gatt, qal li wara li s-su''ett tal-Parking kien diskuss fil-Kabinett, kien deċiż li jitwaqqaf grupp ta' esperti bejn il-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali, il-Ministeru tat-Trasport u l-Ministeru ta' l-Intern, sabiex tin'abar l-informazzjoni kollha meħtie'a, tkun analizzata u jagħtu parir lill-Gvern sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet it-tajba u meħtie'a.
Huwa qal dan waqt konferenza ta' l-aħbarijiet li saret fil-Ministeru tal-Ġustizzja fil-Ber'a ta' Kastilja, li għaliha attendew il-Ministru ta' l-Intern, Dr. Tonio Borg u l-Ministru tat-Trasport, is-Sur Ċensu Galea. Il-Ministru Gatt sostna li dan huwa l-mod serju kif wieħed jindirizza l-problema tal-parking.
Dr. Gatt qal li m'hemmx dubju li waħda mill-akbar problemi li għandna quddiemna hija d-diffikult'? li wieħed isib jipparkja. Hu żied jgħid li din il-problema għandha żew' aspetti:
li wieħed imur id-dar u ma jsibx fejn jipparkja ħlief wisq bogħod minn daru;
li wieħed ikollu bżonn imur il-Belt, tas-Sliema, il-'?amrun (jew subborgi tal-madwar) għal laqgħa jew biex jixtri xi ħa'a jew biex jinqeda minn x'imkien, u jrid jipparkja 'l bogħod.
"Il-problema tinqasam għalhekk fil-parking residenzjali u fil-parking kummerċjali. Huma żew' problemi differenti u separati, li għandhom bżonn soluzzjonijiet differenti. Iżda, waħda tikkawża 'l oħra u għalhekk hemm bżonn ħsieb ko-erenti biex jinstabu s-soluzzjonijiet li hemm bżonn," kompla Dr. Gatt.
Il-Ministru sostna li Gvern responsabbli irid jieħu deċiżjonijiet li hemm bżonn u li huma ta' benefiċċju għas-soċjet'? u li jkun Gvern irresponsabbli jekk dan ma jagħmlux. Hu qal li dan ifisser li rridu nieħdu deċiżjonijiet infurmati li jagħtu każ il-ħti'ijiet:
TAR-RESIDENTI,
TA' L-INTERESSI KUMMERĊJALI,
TA' L-INDUSTRIJA TURISTIKA,
U TAS-SEWWIEQA.
"Irridu naraw ukoll li dak li nagħmlu jieħu ħsieb l-ambjent ta' l-ibliet fejn ngħixu, it-traffiku fit-toroq, u l-ippjanar responsabbli ta' l-iżvilupp tal-lokalitajiet tagħna," kompla Dr. Gatt.
Il-Ministru Gatt ħabbar li l-Gvern qed iqabbad grupp ta' esperti biex ji'bru l-informazzjoni li hemm bżonn, janalizzawha u jagħtu l-pariri biex il-Gvern jieħu d-deċiżjonijiet it-tajba. Din l-informazzjoni ser tippreparana għal strate'ija nazzjonali dwar il-parking għall-pajjiż kollu.
Il-Ministru Gatt temm il-konferenza ta' l-aħbarijiet billi enfasizza li se jkun hemm konsultazzjonijiet sħaħ matul il-proċess kollu mal-partijiet kkonċernati - is-Segretarjat għas-Self Employed, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-Assoċjazzjoni tal-Bejjiegħa bl-Imnut – GRTU, Kunsilli Lokali individwali, residenti u nies fil-kummerċ.
Il-grupp ta' esperti se jkun ikkordinat mill-Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u se jkun magħmul mic-Chairman tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, il-Ma''ur Peter Paul Ripard, l-espert tat-traffiku u trasport, David Sutton u l-Perit Lucien Stafrace mis-sezzjoni ta' l-Ippjanar dwar Traffiku ta' l-Awtorit'? tal-Ippjanar
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN