IL-MINISTRU GĦAL GĦAWDEX IŻŻUR UNIT SPEĊJALI TA? L-ISKOLA PRIMARJA F?SANNAT, GĦAWDEX FEJN QED ISIR XOGĦOL INTENSIV
IL-MINISTRU G'?AL G'?AWDEX IŻŻUR UNIT SPEĊJALI TA' L-ISKOLA PRIMARJA F'SANNAT, G'?AWDEX FEJN QED ISIR XOG'?OL INTENSIV
Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, dalgħodu żaret il-Unit Speċjali fl-Iskola Primarja Ġuże` Aquilina f'Sannat fejn s'issa tlesta ħafna mix-xogħol programmat filwaqt li għaddej ukoll programm intensiv ta' xogħol marbut ma' kostruzzjoni, manutenzjoni u refurbishment 'enerali.
Matul dawn l-aħħar xhur saru ħafna xogħlijiet f'din l-Iskola li jinkludu t-twessiegħ ta' aperturi li jagħtu għal fuq il-playground prinċipali, l-introduzzjoni ta' rampi f'diversi naħat madwar l-iskola sabiex ji'i ffaċilitat l-aċċess għal tfal bi bżonnijiet speċjali, it-tibdil ta' twieqi u bibien għal oħrajn double glazed illi jilqgħu għall-ksieħ, kif ukoll xogħol ta' manutenzjoni 'enerali madwar il-bini ta' l-iskola.
L-iSpecial Unit f'Sannat tilqa' fiha studenti ta' etajiet varji, minn dawk ta' 3 snin sa oħrajn ta' 19-il sena, b'diżabilitajiet li jvarjaw minn dawk intellettwali, fiżiċi, sensorjali u emozzjonali. L-għanijiet ta' din il-Unit huwa illi tgħin lil tfal b'diżabilita` sabiex filwaqt li jkabbru l-awtonomija tagħhom sa kemm huwa possibbli, jiżviluppaw fiżikament, intellettwalment u soċjalment. L-istudenti li jattendu s-Sannat Special Unit jibbenefikaw minn servizzi ta' trasport b'xejn permezz ta' vann mgħammar bit-tail-lift, occupational therapy, speech therapy u physiotherapy, taħri' f'life skills, cognitive skills, communication skills u lingwa.
Il-ħidma f'din il-Unit, l-unika waħda ta' dan it-tip f'Għawdex, huwa kkonċentrat fuq programmi personalizzati fejn l-istudent jingħata attenzjoni one-to-one jew a bażi ta' two-to-one. Dan minħabba li ħafna mill-istudenti huma ta' etajiet varji kif ukoll b'diżabilitajiet diversi. L-istudenti li jattendu s-Sannat Special Unit jagħmlu użu mill-kċina, gymnasium, hygiene area, workshop u klassijiet oħra.
Waqt l-istess żjara, il-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, iltaqgħet ma' l-għalliema u l-istudenti li jattendu l-Unit kif ukoll mal-'enituri ta' l-istess studenti, illi wrew l-apprezzament tagħhom għax-xogħol li sar kif ukoll ressqu l-kummenti, ilmenti u s-su''erimenti tagħhom sabiex il-Unit Speċjali f'Sannat tibqa' miexja dejjem iktar 'il quddiem.
Ix-xogħlijiet li saru 'ewwa s-Sannat Special Unit kienu parti minn programm sħiħ ta' ħidma fl-iskejjel t'Għawdex ibbażat fuq ordni ta' prijorita` ippreparat mill-Perit Maurice Galea, wara li 'ie mqabbad mill-Ministeru għal Għawdex. Fil-preżent qiegħed isir programm ta' refurbishment 'ewwa l-iskola sekondarja tal-bniet G.F. Agius de Soldanis fir-Rabat.
Preżenti għall-okkażjoni, kien hemm ukoll John Cremona (Direttur Customer Services), Michael A. Cassar (Assistent Direttur, Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għal Għawdex), Michael King (Assistent Direttur, Bżonnijiet Edukattivi Speċjali), Michael Camilleri (ex-Kap ta' l-Iskola Primarja Sannat), Joseph Spiteri (Assistent Kap ta' l-Iskola Primarja Sannat), Rita Sultana (f'isem l-għalliema tal-Unit) u uffiċjali mill-Ministeru għal Għawdex.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN