IL-MINISTRU GHALL-AMBJENT U S-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA? L-INTERN IHABBRU MIZURI BIEX TITTAFFA L-PROBLEMA TA' L-IPPARKJAR TAL-KAROZZI FIS-SWIEQI U SAN GILJAN
Il-Gvern huwa kommess li jindirizza l-problema dejjem tikber tal-parkegg fis-Swieqi, San Giljan u l-inhawi. Il-problemi f'dan il-lokalitajiet jizdiedu sew matul tmiem il-gimgha minhabba l-influss ta' nies li jzuru Paceville. Huwa stmat li matul tmiem il-gimgha iktar minn 500 karozza jipparkjaw fis-Swieqi u fl-area ta' The Gardens f'San Giljan.
Waqt konferenza ta' l-ahbarijiet, il-Ministru ghall-Ambjent Francis Zammit Dimech u s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern George Pullicino habbru mizuri li ser jittiehdu biex ghall-ewwel titnaqqas u fl-ahharnett biex tissolva din il-problema.
Is-soluzzjoni fit-tul tal-problema ser tkun l-izvilupp ta' Pender Place, f'Paceville li ser johloq 1,400 spazju f'multi-storied car-park. Id-Development Brief tal-progett mistenni jkun lest sa l-ahhar ta' Marzu. Sadanittant, bhala mizura temporanja, fil-gimghat li gejjin ser jibda x-xoghol fuq bicca art f'Pender Place biex jinholoq parkegg ghal 460 karozza. Ix-xoghol mistenni jitlesta sa l-ahhar ta' Gunju biex jilqa' z-zieda ta' karozzi fix-xhur tas-sajf. L-access ghal dan il-parkegg ser ikun biss minn naha fejn illum hemm il-gate biex ma jinholoqx inkonvenjent ghar-residenti ta' inhawi.
Bhala soluzzjoni medium term dan l-ahhar saret applikazzjoni mid-Dipartiment tal-Proprjeta` tal-Gvern biex fis-sit fejn hemm Moynihan House fil-bajja ta' San Gorg vicin ic-Centru ghall-Istudji Turistici (ITS) jinbena multi-car park iehor li ser ikun jesa' madwar 640 karozza. Dan is-sit, kif ukoll dak ta' Pender Place, huma siti indikati mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar fl-abozz tan-North Harbour Local Plan ghal car-parks strategici fl-inhawi ta' Paceville.
Barra minn hekk, dawn il-mizuri huma konformi wkoll mal-pjan tal-Gvern ta' Master Plan ghal San Giljan, Paceville u l-lokalitajiet vicin. L-ewwel abbozz tal-Pjan mistenni jigi ppublikat sa l-ahhar ta' Marzu. Hu mistenni li l-Master Plan jinkludi partijiet minn Paceville li ser ikunu nieqsa mit-traffiku, u t-tnehhija tat-traffiku mic-centru ta' San Giljan. Il-Master Plan ser jintegra fih il-progetti ta' tisbih ta' Tas-Sliema, San Giljan u Paceville. Thabbar ukoll li twaqqaf kumitat biex jikkordina l-mizuri temporanji kif ukoll fit-tul tal-progetti.
Dawn il-mizuri huma intizi biex kermm jista' jkun inaqqsu l-problemi ta' l-ipparkjar. Biex il-problema tissolva mehtieg li jitjieb it-trasport pubbliku u jittejjeb is-servizz tal-park and ride li qed tahdem bhalissa, bil-ghan li jitnaqqas l-effett negattiv tat-traffiku fuq ir-residenti u fl-istess hin tigi sostnuta l-attivita` ta' divertiment fl-inhawi ta' Paceville.
Prezenti ghall-konferenza ta' l-ahbarijiet kien hemm Paul Abela, Sindku tas-Swieqi, Peter Bonello, Sindku ta' San Giljan u l-periti nkarigati mill-progett.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN