Left arrow Mur Lura

PUNTI MID-DISKORS TA? L-ONOR EDWIN VASSALLO FL-OKKAZJONI TAT-TWAQQIF TAL-KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT

pr0122
Date Icon 01/02/2001

Waqt li kien qed jitkellem fl-okkazjoni tal-preżentazzjoni ta' l-ittra tal-ħatra liċ-Chairman u lill-Membri tal-Kunsill Malti għall-Arti'janat, l-Onor Edwin Vassallo qal ‘li l-arti'jant f'pajjiżna huwa settur li rridu nħarsu lejh u nagħtuh l-attenzjoni li jixraqlu għaliex fih ji'bor kważi kull settur ta' manifattura li tibbaża l-ħidma tagħha fuq l-innovazzjoni u l-valur miżjud tal-prodott. Huwa settur li qiegħed jiltaqa' ma' sfidi partikolari u li għalhekk jeħtie' għajnuna u attenzjoni partikolari.

Minn meta 'ejt fdat ir-responsabbilt'? ta' Segretarju Parlamenatari f'dan il-Ministeru b'responsabbilit'? speċifika fuq l-interessi tas-self-employed ma stajtx ma ndawwarx l-attenzjoni tiegħi fuq dan is-settur ta' l-arti'janat. Fi ħdan ic-ċivil ma kellna l-ebda struttura mmirata biex tħares u tirrispondi għall-ħti'ijiet tas-self-employed u partikolarment tas-settur ta' l-arti'janat.

Ghalkemm kienet di''? teżisti l-IPSE b'objettiv speċifiku li tgħin industriji li kellhom jistrutturaw, ma kellna l-ebda politika immirata biex tfassal ħidma b'impenn kollettiv li kapaċi tiffoka fuq il-ħti'ijiet ta' l-iżgħar inizjattivi ekonomiċi fil-manifattura. '?alhekk kellna naħdmu fuq pjan ta' ħidma mmirat speċifikament biex joħloq stuttura li kapaċi tfassal u timplimenta politika favur dan is-settur.

Minn Kummissjoni għall-Arti'janat li kont laqqajt biex tiddiskuti il-kundizzjonijiet u l-objettivi li għalihom kellu jaħdem il-Kunsill Malti għall-Arti'janat wasalna biex fassalna li'i li proprju organizzat l-istruttura ta' dan il-Kunsill. Irrid ngħid grazzi lil dawn l-imprendituri ewlenin u esperti li kelli jgħinuni għax b'ħidmiethom waslu issa biex dan il-Kunsill jibda' jaħdem.

Organizzajna dipartiment 'did fi ħdan il-Ministeru li 'ie mogħti l-isem ta' Uffiċċju għall-Intrapriżi żgħar jew Small Business Unit, immirat biex jaħdem biex jippromwovi servizz effiċjenti għal settur kummerċjali. Proprju fit-13 ta' Frar ser tkun inawgurata id-Diviżjoni għall-Kummerċ li ser ti'bor fi ħdanha, jaħdmu f'siner'ija, Dipartimenti li kienu qegħdin jaħdmu individwalment u li issa ser ikollhom impenn wieħed għal servizz effiċjenti. F'din l-istruttura ser ikun jaħdem dan il-Kunsill Malti għall-Arti'janat. L-id eżekuttiva tiegħu proprju ser tkun din id-Diviżjoni li ti'bor fi ħdana l-Intellectual Property Office, Trade Services u Small Business Unit u ovvjament il-Kunsill Malti għall-Arti'janat.

Il-ħidma ta' dan il-Kunsill għandha twassal biex titfassal politika li tippromwovi l-arti'janat. Ser tiggarantixxi konsultazzjoni kontinwa mas-settur tal-arti'janat kif ukoll ma' l-imprendituri li għandhom interess fil-kummerċ tal-Arti'janat. U għalhekk ser ikun imnhiedi programm ta' re'istrazzjoni li skond il-li'i għandu jwassal biex minn dawk irre'istrati permezz t'elezzjoni jkunu magħżula tliet rappreżentanti tal-Arti'jani minn fost dawk kollha re'istrati bħala Arti'jani mal-Kunsill u żew' imprendituri minn fost dawk irre'istrati bħala Imprendituri mal-Kunsill.

Minn meta għaddiet il-li'i tal-Kunsill Malti ghall-Artigjanat sa llum bdiet issir ħidma biex sehem l-Arti'janat ikun aktar magħruf u saru diversi laqgħat u seminars dwar dan is-su''ett u nista' ngħid li kienet di''? bdiet ħidma volontarja ta' re'istrazzjoni. Dan il-Kunsill bħala Chairman ser ikollu d-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Kummerċ. Taħt id-direzzjoni ta' din id-Diviżjoni hemm ukoll iċ-Ċentru għall-Arti'janat li għalih qegħdin ukoll ikunu imħejja pjanijiet ta' refurbishment biex ikun ċentru modern t'esibizzjoni permanenti ta' l-Arti'janat Malti.

Biex dan l-impenn ikompli jisseddaq favur l-Arti'janat Malti, tlestew it-tħejjijiet kollha tad-Development Brief li proprju nhar il-'?amis, 8 ta' Frar fil-Board tal-Awtorit'? ta' l-Ippjanar jitressaq għall-approvazzjoni ta' l-Awtorit'? biex jibda iż-żmien ta' konsultazzjoni pubblika li għandhom iwasslu biex kemm-il darba ma niltaqgħux ma tfixkil, għall-ħabta t'April inkunu f'pożizzjoni biex nippublikaw id-dokument finali li għandu joħro' fis-suq dan il-pro'ett tal-Villa'' ta' l-Arti'janat f'Ta' Qali li ser iwassal biex ikollna villa'' vetrina u ċentru ta' manifattura tal-prodott Arti'janali Malti.

Persważ li l-Business Promotion Act li l-Ministru Bonnici ressaq il-Parlament ukoll ser tkun le'islazzjoni li dan il-Kunsill għandu jgħin biex jara li tkun utli għall-manifattura ta' l-Arti'janat Malti fejn l-innovazzjoni għandha tkun l-impenn wara kull suċċess. Dan il-kunsill għandu jaħdem biex titfassal il-politika għall-promozzjoni ta' l-arti'janat imsejjes fuq il-principji ta' white paper dwar l-Entrepreneurship f'pajjiżna li ser tkun ippublikata fil-gimghat li gejjin.

Dan il-Kunsill ghandu jaghti tifsira mill-aktar wiesgħa lill-artigjanat. Nawgura li ma jaħdimx fuq objettivi li jeskludu setturi iżda fuq viżjoni li tinkludi l-iżjed li tista'. Nawgura li intom membri ta' dan l-ewwel Kunsill Malti għall-Arti'janat taħdmu biex i''ibu f'seħħ il-funzjonijiet li skond il-li'i intom fi dmir li tħarsu. Huma funzjonijiet li għandhom jgħinu lid-Diviżjoni ghall-Kummerċ i''ib f'seħħ inizjattivi li intom tipproponu u għalhekk ser inkunu f'pożizzjoni li f'pajjiżna nħarsu wirt Arti'janali filwaqt li nippromwovu innovazzjonijiet li kapaċi joħolqu l-impjiegi u isostnu manifattura li tħares lejn is-suq lokali u taghraf tisfrutta swieq barranin.

Nawgura li tkunu ukoll punt ta' kunsultazzjoni li twassal ghall-siner'ija ma' diversi Ministeri u Dipartimenti u organizzazzjonijiet li intom minnhom 'ejjin. Ma jonqosx l-impenn tal-ħidma tal-IPSE, METCO u MDC li persważ li huma lesti wkoll li jgħinu fil-promozzjoni ta' l-Arti'janat Malti u '?awdxi.

Nawguralkom il-ħidma t-tajba u grazzi għal din il-ħidma volontarja. L-impenn tagħkom persważ li ser ikun apprezzat minn dawk kollha li ser jibbenefikaw mill-ħidma tagħkom. Is-suċċess huwa ggarantit kemm-il darba tfittxu li taħdmu f'siner'ija b'impenn simili. Wasalna li nsejħulkom issa la darba għandna srutturi li joħolqu qafas tajjeb ta' ħidma. Illum din l-struttura kollha, struttura 'dida, qiegħda għad-dispożizzjoni tagħkom biex taħdmu flimkien magħha. Dan huwa biss il-bidu. Nawgura li naslu, u nkomplu ntejbu dak li bdejna għall-'id ta' min investa fil-ħila tiegħu u llum mill-Arti'janat qiegħed jaqla' il-ħobżna ta' kuljum u joħloq l-impjiegi għall-oħrajn'.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow