JITWAQQAF IL-KUNSILL MALTI GĦALL-ARTIĠJANAT
Il-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi Josef Bonnici qal li, għall-ewwel darba f'pajjiżna, is-settur ta' l-arti'janat se jibda jkun organizzat b'mod li tabilħaqq ikun jixhed it-tradizzjonijiet ta' pajjiżna u b'mod li dan is-settur ikompli jissaħħaħ.
Hu kien qed jitkellem waqt il-preżentazzjoni ta' l-ittra tal-ħatra liċ-Chairman u lill-Membri tal-Kunsill Malti għall-Arti'janat li qed jitwaqqaf għall-ewwel darba wara li s-sena li għaddiet kien approvat fil-Parlament l-Att dwar il-Kunsill Malti għall-Arti'janat.
Il-Ministru Bonnici spjega li skond din il-li'i, dan il-Kunsill għandu jkun magħmul minn Chairman, Viċi Chairman u u disa' membri. Għalissa nħatru s-Sur Carmel V. Galea, id-Direttur Ġenerali fit-Taqsima tal-Kummerċ, bħala Chairman; is-Sur Joseph Mifsud bħala Viċi Chairman, u s-Sinjuri Donald Friggieri, Antoine Schembri, Joseph Buttigieg u Charles Morana, li jirrappreżentaw rispettivament lill-Ministeri ta' l-Edukazzjoni, tal-Biedja u Sajd, ta' Għawdex, u tat-Turiżmu, u s-Sur Charles Busuttil, li jirrappreżenta lill-GRTU.
L-erba' membri l-oħra għad iridu jinħatru aktar 'il quddiem wara li ssir elezzjoni. Tliet membri jridu jkunu eletti minn fost arti'jani li se jkunu re'istrati mal-Kunsill, u membru ieħor ikun elett minn fost imprendituri re'istrati mal-Kunsill.
Il-Ministru Bonnici qal li s-settur ta' l-arti'janat hu settur li għandu bżonn li mhux biss jitmexxa 'l quddiem, iżda wkoll li jitħares ħalli l-prodott tabilħaqq ikun frott il-ħidma ta' l-arti'janat Malti.
Għaldaqstant, kompla l-Ministru Bonnici, xogħol il-Kunsill se jkun, fost ħwejje' oħra, li jkabbar l-interess u l-apprezzament tas-settur, li j'ib 'il quddiem il-qawmien mill-'did ta' l-arti'janat tradizzjonali Malti, li j'ib 'il quddiem il-ħolqien ta' opportunitajiet għall-produzzjoni ta' prodotti ta' arti'janat Malti u li jistabbilixxi kuntatti internazzjonali bil-għan li jkabbar il-valur ta' l-arti'janat Malti. Għaldaqstant, il-Kunsill jista' jara wkoll xi skemi tipprovdi l-Unjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jintużaw b'mod effettiv.
Hu semma l-importanza kbira u l-għajnuna finanzjarja li dan is-settur jingħata fl-Unjoni Ewropea anki biex ikunu organizzati programmi ta' taħri' ħalli ċerti snajjiet jibqgħu ħajjin.
Il-Ministru Bonnici irrifera wkoll għall-ħidma li qegħda ssir bl-iskop li jingħata bidu għall-bini ta' Villa'' tas-Snajja f'Ta' Qali u wera t-tama li ma jdumx ma jibda l-proċess ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-brief li kienet ħejjiet l-Awtorit'? ta' l-Ippjanar. Hu qal li l-Gvern irid li dan iċ-ċentru jkun jiffoka fuq l-arti'janat Malti u jagħmel riklam sabih lil din l-industrija.
Hu żied li dan il-Gvern hu impenjat li jara li dan il-qasam tradizzjonali ma jispiċċax u allura jrid jassigura li jittieħdu dawk l-inizjattivi biex is-settur jissaħħaħ.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN