Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTRU GĦAS-SERVIZZI EKONOMIĊI, JOSEF BONNICI, RIGWARD DOKUMENT TAL-GWU, INTITOLAT STUDJU DWAR L-IMPATT TAS-SĦUBIJA TA MALTA FL-UNJONI EWROPEA

pr0115
Date Icon 31/01/2001

Id-dokument li għadha kemm ippubblikat il-GWU fih ge'wi'ija ta' skorrettezzi u żbalji, u jikkonsisti f'tahwida ta' dettal li jħallat kunċett ma' ieħor bħal, ngħidu aħna, bejn ristrutturazzjoni u innovazzjoni, fejn din ta' l-aħħar hi biss parti mill-proċess meħtie'. Li għandu tajjeb hu li jispjega fid-dettal ħafna mill-vanta''i li l-Unjoni Ewropea tipprovdi lill-membri tagħha fil-forma ta' programmi għall-SMEs, sigurt'? fil-post tax-xogħol, innovazzjoni, ħarsien ta' l-ambjent, u ħafna u ħafna programmi oħra.

F'istess waqt, id-dokument jinjora għal kollox aspetti oħra pożittivi tas-sħubija u jinjora ukoll il-fatt li jekk nibqgħu barra, filwaqt li l-11-il pajjiż ta' l-Ewropa tal-Lvant isiru membri, ikollna żvanta'' ċar imqabblin magħhom. Barra minn hekk ir-regoli tal-UE fuq ir-regoli ta' l-ori'ini tal-prodotti jiddiskriminaw kontra pajjizi li m'humiex membri.

F'dan il-kuntest l-allegazzjoni li Malta ma tikkwalifikax għal programmi strutturali taħt O''ettiv 1, li permezz tagħom l-UE toffri fondi kbar għal programmi strutturali hija gidba. L-indikazzjonijiet kollha huma li Malta tikkwalifika facilment għal dawn il-programmi wkoll.

'?rafa oħra hi li l-fondi preżenti ta' l-IPSE huma 'ejjin biss mit-taxxi tal-poplu Malti, meta l-verit'? hi li parti importanti mill-fondi 'ejjin mill-Unjoni Ewropea. Hu tenna li lanqas hu minnu li l-IPSE falliet fir-rwol tagħha, tant li di''? tat Lm285,035 f'assistenza diretta u Lm80,000 oħra f'garanziji fuq self. Barra minn hekk, hemm 72 intrapriża li qed jaħdmu business plan, 34 oħra li issottomettew business plan u ta' 17 minnhom l-pjan tagħhom di''? hu aċċettat, u 10 oħra li l-business plan tagħhom hu approvat.

Il-Ministru Bonnici tenna li r-realt'? ta' kemm hu aktar għaqli għal pajjiżna li jissieħeb fl-Unjoni Ewropea milli jibqa' barra hi li fi żmien meta l-applikazzjoni ta' Malta kienet iffriżata, l-ekonomija tal-pajjiż għaddiet minn esperjenza qarsa, filwaqt li re'għet bdiet tirranka mindu l-applikazzjoni 'iet riattivata u pajjiżna beda jkun kunsidrat bħala pajjiż kandidat.

L-andament tajjeb ta' bħalissa, partikolarment fil-qasam ta' l-impiegi, hu sinjal ukoll tad-djufija ta' l-argument li nsibu fid-dokument, li ristrutturazzjoni m'hix qegħda sseħħ. Kieku kien hekk, wieħed mill-indikaturi kien ikun djufija fl-impjiegi u żieda fil-qgħad, mentri fil-fatt li qiegħed ji'ri hu l-oppost.

Bħala evidenza ta' dan kollu, il-Ministru Bonnici semma li filwaqt li fl-ewwel disa' xhur ta' l-1996 l-investiment fl-industrija kien jammonta għal Lm31.1 miljun, dan niżel għal Lm16.9-il miljun fl-istess perjodu fl-1997 u għal Lm17.1-il miljun fl-istess perjodu fl-1998, filwaqt li re'a' tela' għal Lm25.2 miljun fl-ewwel disa' xhur ta' l-1999 u għal Lm58.7 miljun fl-istess perjodu s-sena li għaddiet. Dan ta' l-aħħar isarraf żieda ta' Lm41.6 miljun jew 243 fil-mija fuq l-aħħar sena li fiha l-applikazzjoni kienet iffriżata (1998).

Anki jekk wieħed jeskludi l-investiment ta' l-ST Microelectronics, xorta jidher li filwaqt li fis-sentejn sa Settembru tas-sena l-oħra l-investiment fil-manifattura żdied bi 58.3 fil-mija, fis-sentejn ta' qabel kien naqas bi 13 fil-mija.

Provi oħra li semma l-Ministru Bonnici huma dwar kif kienu naqsu u issa żdiedu l-impjiegi, anki fis-settur tal-manifattura u fl-għadd ta' dawk li jaħdmu għal rashom. Filwaqt li bejn Settembru ta' l-1996 u Settembru ta' l-1998 l-għadd ta' dawk jaħdmu bi qligħ naqas b'1,054, minn Settembru ta' l-1998 sa Novembru tas-sena l-oħra żdied bi 3,590. Anki fir-rigward ta' dawk li jaħdmu għal rashom, dawn naqsu b'615 fi żmien li l-applikazzjoni kienet iffriżata, u żdiedu b'655 minn Settembru ta' l-1998 sa Novembru li għadda.

Fir-rigward ta' l-impjiegi fis-settur privat, filwaqt li bejn l-1996 u l-1998 żdiedu b'1,444, fis-sentejn li għaddew żdiedu b'5,380. Jirriżulta l-istess kuntrast bejn ekonomija dgħajfa ta' żmien il-friża ta' l-applikazzjoni u l-ekonomija dinamika tal-lum anki jekk wieħed jeskludi l-impjiegi fil-bank li 'ie privatizzat.

Dan kollu wassal ukoll biex il-qgħad, li fi żmien il-friża żdied b'1,698, minn Settembru ta' l-1998 sa Novembru li għadda naqas b'712.

Anki jekk wieħed jieħu l-għadd ta' pro'etti li qed tapprova l-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp isib li n-numru qed jiżdied tant li filwaqt li fl-1999 kienu approvati 52 pro'ett, li minnhom 27 kienu 'odda, is-sena li għaddiet kienu approvati 57 pro'ett li minnhom 45 kienu 'odda.

F'dan il-kuntest, ta' min isemmi ħrafa oħra fid-dokument fejn dan jikkritika l-Li'i għall-Promozzjoni tan-Negozju. Id-dokument isemmi klawsola li allegatament iddaħħlet biex jekk hemm interessi minn pajjiżi mhux membri ta' l-UE li jkunu jridu jiftħu industrija aero-spazjali f'Malta, dawn ma jikkwalifikawx għal inċentivi. Dan hu totalment skorrett, għax fil-fatt l-industrija aero-spazjali hi waħda magħżula għal trattament preferenzjali f'din il-li'i.

Dan kollu juri, tenna l-Ministru Bonnici, li anki l-fatt li er'ajna irriattivajna t-triq tas-sħubija, l-ekonomija tal-pajjiż re'għet bdiet miexja 'l quddiem b'ritmu m'għa''el u dan minkejja li kien hawn minn beżża' u għadu jbeżża' li t-tneħħija tal-levies u l-istrutturazzjoni fl-industrija kienu se jħallu katastrofi fuq pajjiżna.

Hu qal ukoll li l-istudju li sar mill-GWU baqa' ma we'ibx il-mistoqsija ta' jekk Malta għandhiex tissieħeb jew le u allura żgur li l-GWU ma tistax tieħu deċiżjoni serja abbażi ta' dan ir-rapport.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow