Left arrow Go Back

REAZZJONI TAL-MINISTRU AUSTIN GATT G'?AR-RAPPORT TAL-GENERAL WORKERS' UNION DWAR IS-SHUBIJA TA' MALTA FL-UNJONI EWROPEA

pr0113
Date Icon 30/01/2001

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr. Austin Gatt qal li jinsab iddiżappuntat li r-rapport tal-General Workers' Union dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea huwa wieħed bla viżjoni u li juri bil-fatti li l-GWU qed tara biss sal-ponta ta' mneħirha.

Huwa qal dan waqt konferenza ta' l-aħbarijiet li saret fil-Ministeru tal-Ġustizzja fil-Ber'a ta' Kastilja, li matulha l-Ministru Gatt elenka diversi inizjattivi li permezz tagħhom xejjen il-pożizzjoni li ħadet il-GWU dwar l-oqsma li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu.

Dr. Gatt sostna li l-fatt li fir-rapport tagħha l-GWU ma semmi xejn dwar l-oqsma tal-Ġustizzja u tal-Kunsilli Lokali, wieħed jista jinterpretah li jfisser li s-sħubija ta' pajjiżna fl-UE hija ta' benefiċċju għall-poplu Malti.

Il-Ministru żied jgħid li biex f'rapport ta' 48 pa'na wieħed isib biss żew' sentenzi li jagħmlu referenza għall-kunċett ta' eGovernment, huwa ta' insult għall-membri li suppost tirrapreżenta. Meta wieħed iqis x'inhi tgħid f'dawn iż-żew' sentenzi, li l-eGovernment mhuwiex ta' importanza għall-poplu – wieħed malajr jinduna li l-GWU u 'l min qabdet biex jikteb ir-rapport, lanqas biss jafu fuq hiex qed jitkellmu.

"Sa mill-1987," qal Dr. Gatt, "Gvern Nazzjonalista wettaq politika li xerred l-użu tat-teknolo'ija ta' l-informatika f'pajjiżna b'investiment dirett tal-Gvern fis-settur pubbliku ta' Lm62 miljun tul dawn is-snin u Lm8 miljuni oħra għas-sena d-dieħla."

Huwa qal ukoll li pajjiżna huwa wieħed mill-ftit pajjiżi fid-dinja li huwa mqabbad kollu kemm hu permezz ta' optic fibre, li għandu cable network mal-pajjiż kollu, u li għandu disponibbli l-aħħar teknolo'ija tat-telefons fissi – i.e. l-ADSL – l-aktar metodu modern ghat-trasmissjoni ta' informazzjoni di'itali.

"Barra minn hekk, għandna kompjuters f'kull klassi primarja, l-għalliema għandhom kompjuter għall-użu personali tagħhom, għandna d-Dipartimenti kollha tal-Gvern u l-Kunsilli Lokali li huma mqabbda man-network elettroniku tal-Gvern – il-magnet. Dan kollu seħħ għaliex ħsibna minn kmieni biex ninvestu fil-futur ta' pajjiżna u tal-poplu tagħna," kompla Dr. Gatt.

Huwa sostna wkoll li l-pożizzjoni tal-GWU dwar dan il-qasam turi nuqqas ta' viżjoni tal-kapaċit'? ta' pajjiżna. Meta wieħed iqis li f'pajjiżna fis-settur privat hawn madwar 70 kumpannija fl-oqsma tal-teknolo'ija ta' l-informatika (IT), u li bejniethom jimpjegaw madwar 5,500 persuna, it-300 gradwat fl-IT u l-200 student li bħalissa qed jistudjaw dan is-su''ett fl-Universit'? ta' Malta, wieħed malajr jifhem il-potenzjal ta' dan il-qasam – potenzjal li d-dinja kollha qed tirrikonoxxi u li milli jidher il-GWU lanqas biss xammitu.

Il-Ministru Gatt kompla jagħti ċifri ta' l-użu tal-kompjuter u tat-teknolo'ija f'pajjiżna fejn semma li fid-Dipartimenti tal-Gvern biss hemm madwar 12,500 kompjuter, u 4,000 oħra fl-iskejjel. Barra minn hekk huwa stmat li f'pajjiżna hawn aktar minn 70,000 kompjuter u madwar nofshom għandhom aċċess ghall-internet. Dan jixhed ir-relevanza tat-teknolo'ija ta' l-informatika u l-internet fis-soċjet'? Maltija.

"Meta wieħed iqabbel dawn iċ-ċifri ma' pajjiżi oħra kemm fl-Ewropa u kif ukoll fl-Afrika ta' Fuq u fil-Lvant Nofsani, wieħed malajr jinduna li għalkemm fadlilna x'naqdfu, żgur li qegħdin f'qagħda vanta''uża," kompla Dr. Gatt.

Dwar ir-rapport tal-GWU fuq is-sħubija fl-UE, li jakkuża lill-Gvern li qed jintroduċi l-eGovernment minħabba l-UE, il-Ministru Gatt sostna li hu tal-mistħija li min qed igħid dan lanqas biss qara l-White Paper li ħare' il-Gvern xhur ilu dwar dan is-su''ett, li spjegat l-inizjattivi li ser jieħu l-Gvern f'dan il-qasam, u x'benefiċċji għandna nistennew.

"L-iżviluppi li qed isiru fl-oqsma tal-kummerċ, tas-servizzi u ta' l-edukazzjoni permezz ta' l-IT, bil-fors irridu nimxu magħhom u naddattaw is-sistemi tagħna għad-dinja ta' llum; u dan indipendentement mill-UE," kompla Dr. Gatt " iżda nafu wkoll li jekk insiru membri, insibu għajnuna ta' riżorsi minħabba l-pożizzjoni 'eografika u d-daqs tal-gżira tagħna, u li nistgħu nsiru ‘leaders' ta' l-era elettronika fl-Ewropa u fil-Mediterran."

Il-Ministru spjega kif il-Gvern fehem dan ir-rwol li jista' jaqdi pajjiżna u fil-fatt l-'imgħa d-dieħla stess ser tkun imwaqqfa l-eMalta Commission, li ser tiffoka fuq l-estensjoni ta' l-aċċess għall-internet, kampanja estensiva ta' informazzjoni, il-promozzjoni ta' programmi ta' inklużjoni soċjali u l-inkora''iment tas-sħubija bejn il-Gvern u s-settur privat. Barra minn hekk, aktar tard ix-xahar id-dieħel il-Gvern ser joħro' sejħa internazzjonali sabiex jagħżel sieħeb strate'iku li miegħu jiżviluppa dawn is-sistemi. Huwa qal li wara l-publikazzjoni tal-White Paper fuq dan is-su''ett, diversi kumpanniji multinazzjonali bħal Microsoft, Siemens u Baltimore urew interess kbir f' dan il-pro'ett.

Il-Ministru Gatt temm il-konferenza ta' l-aħbarijiet billi akkuża lill-GWU li qed tagħmel bħal żiemel ta' karrozzin li għandhom għamad quddiem għajnejhom u qed iħallu 'l ħadd ieħor isuqhom fejn irid hu. Min-naħa l-oħra, il-Gvern jemmen fil-kapaċit'? tal-poplu Malti li jilqa' dawn l-isfidi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow