Left arrow Go Back

SISTEMA ĠDIDA TA' APPUNTAMENTI FL-OUTPATIENTS' DEPARTMENT TA' L-ISPTAR SAN LUQA

pr0112
Date Icon 30/01/2001

‘Illum 'iet mnedija sistema 'dida ta' kif il-pazjenti jagħmlu l-appuntamenti għas-servizzi fil-kliniċi offruti fl-Isptar San Luqa u ċ-Ċentri tas-Saħħa. Sistema li għandha tnaqqas ferm il-'iri żejjed għal pazjenti li jużaw l-Isptar San Luqa. B'hekk qed nagħmlu pass ieħor biex inkomplu ntejbu l-kwalit'? tas-servizzi tas-saħħa'.

Dan qalu Louis Deguara, il-Ministru tas-Saħħa, meta kien qiegħed jinawgura l-ewwel fażi ta' sistema 'dida li ser twassal għal one stop shop fid-Dipartiment ta' l-Outpatients' fl-Isptar San Luqa. Kuljum dan id-Dipartiment iżuruh 1000 pazjent bejn każi 'odda, follow ups u persuni li jkollhom bżonn testijiet radjolo'iċi jew analiżi tad-demm.

‘Dan il-pro'ett kien ilu mwiegħed. Illum wara ħafna xogħol ta' preparamenti wasalna biex indaħħlu din is-sistema għal każi 'odda. Fil-futur qrib din is-sistema tibda ti'i applikata wkoll għal appuntamenti tal-follow ups, tar-radjolo'ija u investigazzjonijiet tad-demm. el pass lejnL-eww it-twettiq ta' din is-sistema kien pro'ett-pilota li kien inbeda fil-Klinika tad-Diabete. Biex wasalna ghal din is-sistema twettaq xogħol intensiv f' data inputing ta' 271 klinika ta' konsulenti u speċjalisti. Dan ifisser li llum fl-Outpatients' għandna database tad-djarju ta' l-appuntamenti ta' kull konsulent u speċjalista. Id-djarju hu mibni fuq kemm jaraw nies kuljum, il-ħin li ddum il-vista u d-disponibilt'? tal-konsulent u t-team mediku. Hekk mill-Outpatients' Department jistgħu jsiru l-appuntamenti meħtie'a mingħajr ma l-pazjent joqgħod ji'ri minn post għall-ieħor fil-klinika tal-konsulent jew speċjalista għall-appuntament' qal il-Ministru.

Dan jista' llum isir għax saret sistema 'dida ta' networking bejn l-Outpatients', il-Kliniċi fl-Isptar San Luqa u ċ-Ċentri tas-Saħħa. Biex din is-sistema titħaddem ingħata taħri' apposta lill-ħaddiema li se jħaddmuha u 'iet irran'ata reception area 'dida biex il-pubbliku jkun moqdi aħjar.

‘Rajna wkoll li jkun għaqli jekk fid-Dipartiment ta' l-Outpatients' ikollna fergħa tal-Customer Care biex tilqa' lmenti u tagħti informazzjoni lil dawk li jużaw dan id-Dipartiment. Hu ttamat li b'dawn il-miżuri l-pazjent ikun moqdi malajr u f'inqas żmien mingħajr ma jkollu joqgħod ji'ri minn dipartiment għall-ieħor 'ewwa l-Isptar biex jagħmel l-appuntamenti' temm jgħid il-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow