DISKORS MILL-MINISTRU GHAS-SERVIZZI EKONOMICI, IL-PROFESSUR JOSEF BONNICI, FL-OKKAZJONI TA? L-GHOTI TA? L-ISEM "M.V. GAUDOS" LILL-VAPUR IL-GDID GHAL SERVIZZ BEJN MALTA U GHAWDEX
Bhal daz-zmien sena kont gejt hawn biex niehu sehem fil-maghmudija ta' l-ewwel vapur Ghall-Gozo Channel, halli jintuza Ghas-servizz bejn Malta u Ghawdex. Dak in-nhar kont semmejt li bdejna nwettqu, ilkoll flimkien, programm ta' bidla halli lit-tarznari nibdew naghtuhom nifs gdid. Mhux biss billi nibqghu nghinuhom finanzjarjament halli lill-haddiema nibqghu niggarantulhom il-hobza ta' kuljum, izda wkoll, u dan l-aktar importanti, billi nzidu l-efficjenza. Ghax wara kollox, anki l-istess haddiema jhossu sodisfazzjon akbar meta jibdew jaraw jirrendi l-frott tat-tibdil li jkun qed isir. Meta jibdew jaraw li dak li jaqilghu jkun gej minn dhul frott tal-hidma taghhom u mhux sempliciment minn sussidju li jrid jithallas mid-dhul minn taxxi, li wara kollox iridu jgorru l-piz taghhom huma wkoll.
Illum ergajt ninsab hawn biex niehu sehem fil-maghmudija ta' dan it-tieni vapur, bl-isem ta' m.v. Gaudos, ukoll frott l-id tax-xoghol tal-haddiem Malti; il-haddiema ta' din it-tarzna. gejt hawn illum b'sodisfazzjon ferm akbar ghaliex il-frott tal-hidma li bdejna nwettqu biex inpoggu lit-tarznari taghna fuq saqajhom issa beda jidher. Mhux biss fil-bini ta' dan il-vapur, izda wkoll b'mod generali bil-kuntratti godda li rnexxielna nirbhu ghall-Malta Drydocks f'dawn l-ahhar gimghat u b'ohrajn li qed ikunu negozjati. Xoghol li mhux facli jintrebah bil-kompetizzjoni qawwija li tezisti llum.
Dan ix-xoghol gdid li bdejna naraw jersaq lejn it-tarznari taghna ma jirrigwardax biss lill-Malta Drydocks, izda wkoll lil din it-tarzna fejn ninsabu bhalissa. Il-Malta Shipbuilding qed tinnegozja l-bini ta' tanker ta' 154 metru tul. Dig'? kienet iffirmata letter of intent dwar il-bini ta' dan it-tanker u jien perswaz li l-okkazjoni tal-lum ghandha twassal aktar qrib il-kisba ta' dan il-kuntratt. Dan ghaliex ghal din l-okkazjoni ghandna fostna lir-rapprezentant tal-kumpannija Svediza Rederi Swan AB, li, m'ghandix dubju, se jkun jista' jara b'ghajnejh u jmiss b'idejh il-kwalit'? tax-xoghol li l-Malta Shipbuilding kapaci tipproduci.
Il-kwalit'? gholja tax-xoghol li ntweriet fil-bini ta' l-ewwel zewg vapuri biex jintuzaw mill-kumpannija Gozo Channel ghandha isservi wkoll bhala l-aqwa certifikat li permezz tieghu nhajru aktar xoghol lejn din it-tarzna fid-dawl ta' negozjati ohra li qed isiru bhalissa.
M'ghandix dubju li l-akbar certifikat ghal din il-kwalit'? gholja ta' xoghol li kapaci jaghmlu l-haddiema tat-tarznari taghna, dig'? nghata mill-eluf kbar ta' Maltin u barranin li matul din l-ahhar sena ghamlu uzu mill-ewwel vapur, it-Ta' Pinu, li nbena f'din it-tarzna u li qed jopera regolarment bejn iz-zewg gzejjer. Kulhadd baqa' impressjonat bis-sengha u bil-kwalit'? tax-xoghol, kif ukoll bil-kumdit'? u bis-sigurt'? li joffri dan il-vapur. Konvint, li dan it-tieni vapur se jkompli jkabbar dan ic-certifikat.
Illum qed naraw kemm kienet ghaqlija d-decizjoni li hadet din l-amministrazzjoni li mhux biss il-Gozo Channel tibda, ghall-ewwel darba fl-istorja taghha, tipprovdi s-servizzi taghha permezz ta' vapuri godda u mill-aktar moderni, izda wkoll li dawn il-vapuri jinbnew f'Malta stess. Din id-decizjoni kienet vot ta' fiducja fil-hiliet tal-haddiem Malti u b'mod partikolari fil-hiliet tal-haddiema tal-Malta Shipbuilding, mill-akbar sa l-izghar wiehed.
Ghaldaqstant, tajjeb li nirrikonoxxu s-sehem li qed jinghata minn dawk kollha involuti: ic-Chairman taz-zewg tarznari, li qed jaqdi din il-kariga b'dedikazzjoni, lid-diretturi, kif ukoll lill-management u lill-haddiema kollha li qed jaghrfu li la darba kulhadd jigbed habel wiehed u la darba nzidu l-efficjenza u xogholna naghmluh b'serjet'? u dedikazzjoni, jibda jinkiseb il-frott.
Dan ma jfissirx li ma fadalx aktar xoghol xi jsir. Anzi fadal hafna. Dan hu qasam mill-aktar difficli u nixtieq li kulhadd jifhem li dak li qed naghmlu, qed naghmluh ghax tabilhaqq nixtiequ li t-tarznari ma jibqghux aktar ta' piz fuq pajjizna. Fl-interess ta' kulhadd; u b'mod partikolari tal-haddiema fl-istess tarznari. Kif ghedt, fil-Malta Shipbuilding it-tibdil li qed isir fil-mod kif topera, inkluz it-twaqqif ta' dipartiment tal-marketing b'nies imharrga halli jfittxu x-xoghol, qed jaghti r-rizultat. Ejjew flimkien inkompli f'din it-triq.
Nista' nghid li l-bini ta' l-ewwel vapur ghall-Gozo Channel serva biex il-haddiema tal-Malta Shipbuilding kisbu esperjenza gdida; esperjenza li permezz taghha tjiebet il-produzzjoni waqt il-bini tat-tieni vapur tant li, jien infurmat, kienu iffrankati 25 fil-mija f'dawn li huma man hours. Waqt li kien ghaddej ix-xoghol fuq dan il-vapur, inbeda wkoll ix-xoghol fuq it-tielet vapur u nista' nghid li dig'? tlestew 50 fil-mija tal-progett, bil-kwalit'? tax-xoghol tkompli titjieb. Awgurju tajjeb ghall-quddiem.
B'hekk, fi zmien sena ohra l-Gozo Channel se jkollha ghad-dispozizzjoni taghha tliet vapuri godda u tkun tista' tghaddi minghajr il-vapuri qodma li hadmet s'issa bihom. Hu sinjal car ta' dak li nemmnu u nipprattikaw. Nemmnu li kwalunkwe azjenda li tipprovdi servizz, anki jekk din tkun tal-Gvern, ghandha tassigura li s-servizz ikun ta' kwalit'?. U permezz ta' dawn il-vapuri godda qed nassiguraw li s-servizz bil-bahar bejn iz-zewg gzejjer ikompli jitjieb. Dan mhux biss ghas-sodisfazzjon ta' min juza s-servizz, izda wkoll ghax nemmnu fuq kollox fl-izvilupp ekonomiku u socjali tal-gzira Ghawdxija.
Dan il-fatt gharafnieh snin ilu billi bnejna port gdid fl-Imgarr, Ghawdex, u llum qed inkomplu nsostnu dan it-twemmin taghna bi zviluppi infrastrutturali ohra kbar li qed isiru fic-cirkewwa u f'Tal-Piet'? biex niggarantixxu servizz li wiehed jista' jistrieh fuqu kemm jista' jkun f'kull zmien tas-sena.
Servizz aqwa ta' tragitt bejn iz-zewg gzejjer ghandu jservi biex aktar nies, kemm Maltin kif ukoll barranin, izuru Ghawdex, halli jkunu jistghu jgawdu s-sbuhija naturali tal-gzira Ghawdxija. Bizzejjed insemmi li matul is-sena li ghaddiet kien hemm aktar minn 3,061,000 passiggier li qasmu bejn iz-zewg gzejjer, li jfisser zieda ta' 103,536 fuq is-sena ta' qabel, filwaqt li ngarru 736,035 vettura jew 69,989 aktar mis-sena ta' qabel. Din id-domanda qawwija wasslet biex il-Gozo Channel operat numru record ta' vjaggi: 21,881, jew 1,337 aktar mis-sena ta' qabel.
Barra minn hekk, l-esperjenza ta' l-ewwel vapur kienet wahda pozittiva anki ghall-Gozo Channel. Dan ghaliex jistghu jingarru numru akbar ta' passiggieri u vetturi fuq kull vjagg, u ghax dawn il-vapuri jifilhu aktar ghall-maltemp. Effett pozittiv iehor hu li qsar il-hin tal-vjagg u dan ghandu jwassal biex jonqos il-hin ta' stennija f'hinijiet fejn id-domanda ghas-servizz tkun qawwija hafna.
Il-Gvern qed ikompli jaghmel l-almu tieghu biex jitjieb is-servizz ghax jemmen li dan is-servizz hu essenzjali ghall-izvilupp ekonomiku ta' Ghawdex, b'mod partikolari ghat-turizmu u l-kummerc. Ghal dan l-iskop m'ahniex intejbu biss il-komunikazzjoni bejn iz-zewg gzejjer. Bil-ligi l-gdida dwar il-promozzjoni tan-negozju, se niffacilitaw aktar l-investiment fil-manifattura f'Ghawdex permezz ta' incentivi addizzjonali, u se nestendu l-beneficcju tas-sussidju fuq it-trasport bejn iz-zewg gzejjer ghas-settur kollu tal-manifattura u mhux aktar biss ghal dawk li jesportaw.
Jalla l-poplu Ghawdxi, u specjalment dawk involuti fl-industrija tat-turizmu u tal-kummerc, jirrikonoxxu aktar, anki permezz tas-servizz li jaghtu, il-kontribut li dawn l-oqsma qed jaghtu biex tkompli titjieb il-kwalit'? ta' hajja li jghixu.
L-okkazjoni tal-lum hi wahda li se tkompli timliena b'fiducja. Ghax kif dig'? ghedt, se twassal biex tkompli ttejjeb l-efficjenza u l-kwalit'? tas-servizz bejn iz-zewg gzejjer, kif ukoll ghax hi konferma tal-kontribut tabilhaqq siewi li t-tarznari jistghu jaghtu lill-ekonomija ta' pajjizna. Specjalment meta kulhadd juri rieda tajba u jifhem li dak li qed isir, qed naghmluh fl-interess ta' kulhadd.
It-tifhir u r-ringrazzjament sincier tieghi lil kull min ikkontribwixxa fil-bini ta' dawn il-vapuri u lil kull min qed jaghti sehmu biex nibqghu mexjin f'din it-triq gdida li qabdu t-tarznari taghna; direzzjoni gdida li dig'? bdiet thalli l-frott.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN