IL-GVERN ACCETTA NUMRU TA' PROPOSTI GHALL-EMENDI DWAR L-ATT TA' L-IPPJANAR TA' L-IZVILUPP
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Intern, il-Perit George Pullicino, habbar li l-Gvern kien accetta numru ta' proposti ghall-emendi dwar l-Att ta' l-Ippjanar ta' l-Izvilupp li kienu jaqblu mad-direzzjoni generali tal-Gvern. Huwa qal dan waqt laqgha li fiha il-Building Industry Consultative Committee (BICC) ipprezenta ir-rakkomdazzjonijiet tieghu ghall-emendi proposti mill-Gvern fl-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp.
Is-Segretarju Parlamentari, wara li rringrazzja lill-BICC, qal li din il-prezentazzjoni kienet parti minn programm wiesa ta' konsultazzjoni pubblika li bdiet qabel gew imfassla l-emendi u kompliet wara li gew ippubblikati.
Huwa qal li kien hemm diversi ghaqdiet, korpi kostitwiti u individwi li taw ir-reazzjoni taghhom ghall-emendi proposti. Fost dawn kien hemm il-Kamra tal-Periti, BICC, l-Assocjazzjoni tal-Planners, Nature Trust, l-Alternattiva, Friends of the Earth, Din l-Art Helwa, il-Bord u l-istaff ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar, il-Kummissjoni ghall-Kontroll ta' l-Izvilupp (DCC), il-Heritage Advisory Committee, il-Users' Committee, il-Planning Consultative Committee u l-Fondazzjoni Wirt Artna.
Fost il-proposti li gew accettati kien hemm il-proposta dwar l-infurzar fuq bini mitluq li jkun ta' inkonvenjent ghall-girien u l-pubbliku. Barra minhekk, wara diskussjoni twila, gie definit ahjar il-mekkanizmu mehtieg ghas-sistema tad-deemed approval ghal applikazzjonijiet li jkun ilhom aktar minn 12 il-gimgha.
Is-Segretarju Parlamentari habbar ukoll li wara li jghaddu mill-Parlament l-emendi ghall-Att dwar l-Ippjanar ta' l-Izvilupp il-Gvern ser jahtar zewg kumitati, wiehed biex jara kif tkun qed tigi implimentata l-Ligi u l-iehor biex jistudja d-decizjonijiet tal-Kummissjoni ghall-Kontroll ta' l-Izvilupp (DCC) u l-Bord ta' l-Appelli u jifformola bidliet fil-policies fid-dawl ta' esperjenzi ta' dawn iz-zewg entitajiet.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN