Left arrow Mur Lura

L-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU TAL-ĠUSTIZZJA U GVERN LOKALI, JINDIRIZZA KONFERENZA TA? L-AĦBARIJIET FEJN TA DETTALJI DWAR STATISTIKA TA KAWŻI TUL IS-SENA LI GĦADDIET

pr0101
Date Icon 26/01/2001

Jonqsu l-kawżi fil-Qrati

Il-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali Dr.Austin Gatt ħabbar li fis-sena 2000, il-'udikatura fil-Qrati Ċivili qatgħet aktar kawżi milli daħlu u għalhekk, għall-ewwel darba f'ħames snin, il-‘backlog' naqas u mhux żdied.

Il-Ministru qal li l-istess riżultati pożittivi nkisbu mill-'udikatura fil-Qrati Kriminali fejn ukoll fis-sena 2000, inqatgħu aktar kawżi milli daħlu, u għalhekk anke f'dan il-qasam kompla jonqos il-‘backlog'.

Huwa qal dan waqt konferenza ta' l-aħbarijiet li saret fil-Ministeru tal-Ġustizzja fil-Ber'a ta' Kastilja, li matulha l-Ministru Gatt ta dettalji dwar statistika ta' kawżi tul is-sena li għada kemm intemmet.

Dr. Gatt sostna li dan seħħ l-aktar minħabba l-impenn kbir tal-'udikatura u kif fil-passat kien diversi drabi kritiku, llum ma jistax ma jfaħħarhomx għar-riżultati miksuba tul is-sena l-oħra. Huwa qal ukoll li dawn ir-riżultati huma xaqq ta' dawl pożittiv li jindika li l-problema ta' dewmien li teżisti fil-Qrati tista tkun megħluba, għalkemm għad baqa' triq sew biex naslu għal sitwazzjoni aċċettabli.

Il-Ministru żied jgħid li biex inkiseb dan is-suċċess, bilfors kien hemm is-sehem ukoll tar-riformi amministrattivi u l-programm strate'iku li qed iwettaq il-Gvern. Din il-ħidma kienet ikkonċentrata kemm biex issaħħaħ l-għajnuna lill-Ġudikatura u kif ukoll biex tistruttura b'mod aktar professjonali l-organizzazzjoni tal-Qrati.

"Il-Gvern," qal Dr. Gatt, "fi ħsiebu jkompli b'dan il-programm u di'a` bdew laqgħat mal-partijiet ikkonċernati kollha biex jitfasslu r-riformi għall-oqsma importanti, bħall-eżekuzzjoni tas-sentenzi, is-subbasti, il-mandati, in-notifiki, u l-mod kif jinstemgħu l-kawżi."

Barra mir-riformi legali, mistenni wkoll li matul din is-sena jseħħu numru ta' riformi amministrattivi ta' importanza fundamentali għall-effiċċjenza amministrattiva tal-Qrati, fosthom struttura organizzattiva 'dida u tibdil strutturali ntern.

Il-Ministru Gatt temm il-konferenza ta' l-aħbarijiet billi għal darb'oħra faħħar l-impenn tal-membri tal-'udikatura fil-kisba ta' dawn ir-riżultati. Huwa saħaq li bil-metodolo'ija li qed jaddotta l-Gvern, fejn dawk kollha nvoluti – il-Gvern, il-Ġudikatura, l-Avukatura u l-Prokuraturi Legali – regolarment jiddiskutu flimkien ir-riformi meħtie'a, għandu jħalli effett pożittiv li rridu niżguraw li jinħass mill-poplu Malti u '?awdxi.

Riżultati prinċipali

Qrati Ċivili kollha

'?all-ewwel darba fl-aħħar ħames snin, inqatgħu aktar kawżi milli daħlu. Daħlu 7,651 (prattikament daqs is-snin preċedenti) u nqatgħu 8,075 – li jfisser tnaqqis effettiv ta' 425 kawża. Dan jikkontrasta bil-kbir ma' l-erba' snin preċedenti fejn dejjem kien hemm żieda fil-‘backlog':

+ 394

+ 2,079

+ 2,085

+ 319

Prattikament, il-Qrati u t-Tribunali Ċivili kollha qatgħu kawżi daqs jew aktar milli daħlu. Pożittiv ħafna hu r-riżultat fil-Qorti tal-Prim Awla, kif ukoll fil-Qrati kollha Ċivili ppreseduti mill-Ma'istrati, b'eċċezzjoni tal-Land Arbitration Board. It-Tribunal għat-Talbiet Żgħar ukoll kellu riżultati pożittivi sew b'rekord ta' numru ta' kawżi maqtugħa, u kif ukoll bħala perċentwal ta' dawk li daħlu.

L-akbar problema tidher li hi fil-Land Arbitration Board fejn inqatgħu biss 13-il kawża f'dawn l-aħħar tliet snin. Qed tinħoloq ukoll problema fil-Qrati tal-Appelli Ċivili Superjuri fejn żdied sew in-numru ta' appelli pendenti, u minkejja li żdiedu n-numru ta' sentenzi, dan ma kienx biżżejjed.

Qrati Kriminali Superjuri

'?at-tielet sena konsekuttiva nqatgħu aktar kawżi milli daħlu u fuq medda ta' ħames snin, il-‘backlog' niżel minn 458 kawża għal 239 – prattikament in-nofs.

B'mod speċjali, huwa inkorra''anti l-fatt li hemm 45 'uri biss pendenti, meta sa erba snin ilu kien hemm 90, i.e. d-doppju. L-istess jingħad għall-Qorti tal-Appelli Kriminali Inferjuri fejn il-‘backlog' naqas minn 453 kawża fl-1998 għal 147 s-sena l-oħra.

L-unika problema li teżisti hi fil-Qorti tal-Appelli Kriminai Superjuri fejn għalkemm in-numru ta' kawżi pendenti hu biss ta' 46, jeħtie' li d-‘disposal rate' tkun aħjar.

Qorti tal-Ma'istrati

F'dawn l-aħħar snin, il-Qrati tal-Ma'istrati kisbu riżultati eċċellenti, fejn il-‘backlog' tal-kawżi kriminali (sommarji u kumpilazzjonijet) niżel minn 13,745 għal 7,554 – eżempju ċar li hemm soluzzjoni realistika għall-problema tal-‘backlog'.

Fil-qasam ċivili – fejn kien hemm żieda fil-kompetenza ta' dawn il-Qrati fl-1996, mingħajr żieda fil-kompetenza tat-Tribunal għat-Talbiet Żgħar, li seħħet biss fl-1999 – għat-tieni sena konsekuttiva nqatgħu aktar kawżi milli daħlu. Il-‘backlog' niżel minn 3,383 fl-aħħar tal-1998 għal 2,827 illum.

'?alhekk, it-total ta' kawżi pendenti quddiem il-Qrati tal-Ma'istrati niżel minn 14,312 fl-aħħar tal-1996, għal 10,381 illum – tnaqqis ta' kważi 30%.

Qorti t''?awdex

Fil-Qorti t''?awdex ma kellniex riżultati sodisfaċenti f'kull qasam.

Ir-riżultati jindikaw suċċess tajjeb fil-Qorti tal-Ma'istrati f'dak li għandu x'jaqsam ma kawżi kriminali fejn il-‘backlog' issa niżel għall-321 kawża minn 748 fl-aħħar tal-1996. Riżultati pożittivi nkisbu wkoll mill-Qorti tal-Appell Ċivili u l-Qorti tal-Appell Kriminali.

Il-problema tinsab fil-qasam Ċivili. Is-sena l-oħra n-numru ta' kawżi u rikorsi li daħlu f'dan il-qasam fil-livelli kollha kienu ta' 493 biss. Jekk tapplika id-‘disposal rate' tal-'udikatura li taħdem Malta, dawn żgur għandhom jinqatgħu kollha. Fir-realta nqatgħu biss 414, u għall-ħames sena konsekuttiva, żdied il-‘backlog', li llum hu ta' 1,876 kawża, meta fl-aħħar tal-1996 kien ta' 1,237. It-‘trend' f''?awdex hi għalhekk kuntrarju għal dik f'Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow