Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-POLITIKA SOCJALI JINDIRIZZA KONFERENZA STAMPA DWAR BINI TA? BLOKK GDID GEWWA SAN VINCENZ DE PAUL

pr0100
Date Icon 26/01/2001

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr. Antoine Mifsud Bonnici, illum ta taghrif lill-istampa dwar dak li qed jitqies bhala l-progett tal-Millenju ghar-Residenza San Vincenz de Paul - il-Blokk 19/20 tan-Nisa - li issa wasal fil-fazi finali tieghu u ser jigi inawgurat fi ftit gimghat ohra.

San Vincenz de Paul, fejn hawn aktar minn 1000 resident, hija wahda mill-akbar u l-eqdem djar residenzjali ghall-anzjani fl-Ewropa. Post ta' kobor bhal dan jirrikjedi xoghol ta' manutenzzjoni u modernizzar li ma jieqaf qatt. Kull resident gewwa SVPR jiswa lill-gvern madwar Lm17 kuljum, filwaqt li l-ispiza tal-Gvern ghall-anzjani matul is-sena hija ta' aktar minn Lm 10 miljuni.

Dan il-Blokk inbena fejn qabel kien hemm il-Wards 19/20 tan-nisa u li kienu anke garrbu hsarat matul l-ahhar gwerra u li parti minnhom biss regghet inbniet. Issa dan il-blokk twaqqa' kollu u minfloku tela' dan il-blokk gdid u kbir fuq tlett sulari li ser ikun fih 120 sodda u ser ikun mghammar bil-facilitajiet kollha li wiehed jistenna minn post modern. Ix-xoghol beda f'Awissu 1999, ghalhekk ix-xoghol fuq dan il-blokk tlesta f'inqas minn sentejn.

Dr. Antoine Mifsud Bonnici qal li dan il-progett juri l-impenn tal-Gvern biex itejjeb il-kwalita' tal-hajja ta' l-anzjani u jibqa' dejjem joffrilhom l-ahjar servizzi fil-komunita`. Xhieda ta' dan kollu huwa dan il-blokk li ser jiswa aktar minn miljun u nofs liri Maltin. Fil-waqt li rringrazzja lill-Kumitat tal-Welfare li ffinanzja dan il-progett kollu, is-Segretarju Parlamentari Mifsud Bonnici qal li meta l-poplu jara dan il-progett lest, zgur li jiggustifika lill-amministrazzjoni tal-lum fir-revizjoni tal-kontribuzzjonijiet li ddahlu fis-sehh fil-bidu tas-sena l-ohra. Il-flus kollha li jigbor il-Kumitat tal-Welfare minn dawn il-kontribuzzjonijiet jergghu jigu investiti fi progetti ghall-anzjani.

Il-Perit Frankie Muscat, inkarigat minn dan il-progett kollu, filwaqt li ha hsieb il-bzonnijiet moderni, ma setax jinjora l-ambjent arkitettoniku u l-istorja twila ta' din ir-Residenza. Kien proprju ghalhekk li fit-terran t'isfel fil-faccata li thares lejn il-bitha, thallew l-istess disinn ta' twieqi bl-arkati kbar, u fiz-zewg sulari ta' fuq thallew twieqi kwadri. Biex tibqa' tinzamm l-istess simetrija tal-bini, anke l-gholi tas-swali baqghu l-istess.

Xi haga gdida f'dan il-blokk hija l-forma ta' parapetti f'kull sular fejn l-anzjani jieklu u jiltaqghu mal-familjari taghhom, jew vizitaturi ohra. Huma se jkunu jistghu wkoll jaraw dak li jkun qed jigri fuq barra tal-blokk biex b'hekk ma jhossuhomx maqtughin mill-bqija ta' madwarhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow