Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAS-SAĦĦA JINDIRIZZA KONFERENZA TA? L-AĦBARIJIET DWAR INTRODUZZJONI TA? AKTAR AWTONOMIJA FL-ISPTAR MONTE CARMELI

pr0098
Date Icon 26/01/2001

Il-Ministeru tas-Saħħa għaddej b'ħidma biex kif wiegħed fil-Programm Elettorali tiddaħħal l-awtonomija fl-isptarijiet pubbliċi. Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara, meta kien qiegħed jindirizza konferenza dwar l-introduzzjoni ta' aktar awtonomija finanzjarja fil-livell tas-swali.

L-Isptar Monte Carmeli, qal il-Ministru Deguara, di'a' jgawdi ċertu ammont ta' awtonomija finanzjarja billi l-amministrazzjoni ta' l-Isptar tamministra l-fondi li d-Diviżjoni tas-Saħħa tgħaddilha kull sena. Dan ifisser li ħafna deċiżjonijiet ta' infiq ta' flus ji'u meħuda fl-isptar stess. Issa qed nagħmlu pass ieħor f'din id-direzzjoni billi l-awtonomija se ti'i ntrodotta fil-livell tas-swali.

Matul is-sena li għaddiet, sar pro'ett pilota f'żew' units u ward, fejn in-Nursing Officers 'ew assenjati budget biex jamministrawh huma għax huma l-istess Nursing Officers li jafu l-ħti'ijiet li jkollhom bżonn. '?addiema fi gradi amministrattivi attendew korsijiet dwar management. Issa li lestejna l-fażi ta' taħri' mani'erjali lil dawn l-amministraturi se ngħaddu għal fażi 'dida; dik li kull sezzjoni ti'i allokata budget li ji'i amministrat minn min hu responsabbli għas-sezzjoni, kompla jgħid il-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara.

Aħna nemmnu li deċiżjonijiet fuq l-aħjar użu tar-riżorsi ma għandhomx jittieħdu mit-top management ta' l-Isptar iżda minn dawk responsabbli mit-tmexxija tas-sezzjoni partikolari. Hu fatt stabbilit li l-ispiża fis-swali hi nfluwenzata mid-deċiżjonijiet li jieħdu l-infermiera. B'dan il-mod għandha tikber ukoll l-akkontabilit'?.

Dan il-pass lejn aktar awtonomija għandu wkoll aspett ieħor pożittiv; dak li bla dubju ta' xejn jgħin fl-iżvilupp professjonali fil-karriera ta' l-impjegati tagħna. Fl-istess ħin, il-Gvern qiegħed jirrikonoxxi l-kapaċitajiet tagħhom billi jafdalhom dawn ir-responsabilitajiet 'odda, temm jgħid il-Ministru tas-Saħħa Louis Deguara.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow